Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2010 -Gozi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-116/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sandro Gozi (Sogliano al Rubicone, l-Italja) (rappreżentanti: L. De Luca u G. Passalacqua, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-ispejjeż legali li r-rikorrent sostna fil-kuntest ta' proċedura kriminali quddiem qorti nazzjonali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u Sigurtà - Direttorat D - HR.D.2/MB/db Ares (2010) - Y96985

jikkonstata u jiddikjara li r-rikorrent għandu dritt għar-rimbors tal-ispejjeż legali u, konsegwentement, jordna l-ħlas tas-somma ta' EUR 24 480.

____________