Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2018 – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach

(Kawża C-559/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TDK-Lambda Germany GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Lörrach

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 1 , kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 1218/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li konvertituri statiċi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ ma għandhomx jiġu kklassifikati fis-subintestatura 8504 4030 ħlief meta jintużaw prinċipalment ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar ta’ data u l-unitajiet tagħhom jew huwa biżżejjed sabiex tiġi ssodisfatta l-karatteristika “tat-tip użat” li l-konvertituri statiċi jkunu jistgħu, fid-dawl tal-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, jintużaw, minbarra f’oqsma oħra ta’ użu, ukoll ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar ta’ data u l-unitajiet tagħhom?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

2 ĠU 2012, L 351, p. 36.