Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 taʼ Marzu 2013 - Technische Universität Darmstadt vs Eugen Ulmer KG

(Kawża C-117/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Technische Universität Darmstadt

Konvenuta: Eugen Ulmer KG

Domandi preliminari

1.    Huma applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta' xiri jew ta' liċenzjar, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE , meta l-persuna li għandha d-dritt toffri lill-istabbilimenti msemmija f'din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta' konklużjoni ta' kuntratti ta' liċenzja b'kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta' dan ix-xogħol?

2.    L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jawtorizza lill-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet permezz ta' terminals?

3.    Id-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jistgħu saħansitra jippermettu lill-utenti tat-terminals li jistampaw fuq karta jew jaħżnu fuq ċavetta USB ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk?

____________

1 - Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).