Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ottubru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/10) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Talbiet għar-rimbors ta' spejjeż mediċi - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Rikors manifestament inammissibbli u manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu koperti 100 % tal-ispejjeż mediċi tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' L. Marcuccio huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.

L Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta' EUR 1 500.

____________

1 - ĠU C 63, 13.03.2010, p. 53.