Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2019 – WM vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-18/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WM

Parti oħra fil-proċedura: Stadt Frankfurt am Main

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li d-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija tista’ ssir f’faċilità korrettiva ordinarja jekk il-barrani jkun ta’ perikolu serju għall-integrità fiżika u l-ħajja ta’ terzi jew għal interessi legali importanti ta’ sigurtà interna, u d-detenut għall-finijiet tat-tneħħija jkollu, anki f’dan il-każ, jinżamm separatament mill-priġunieri ordinarji?

____________

1     ĠU 2008, L 348, p. 98.