Language of document : ECLI:EU:T:2012:497





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – Fedecom vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑243/09)

“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-frott u l-ħaxix – ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Riżorsi tal- Istat – Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi – Argumenti li jmorru kontra l-punti ta’ fatt prodotti matul il-proċedura amministrattiva – Għajnuna għall-funzjonament – Aspettattivi leġittimi”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni – Impossibbiltà li rikorrent li pparteċipa fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali jinvoka, insostenn tar-rikors tiegħu, punti ta’ fatt li ma ġewx ippreżentati matul din il-proċedura (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 13(1)) (ara l-punti 39‑44, 80, 82)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat (Artikolu 87 KE) (ara l-punti 45‑48)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Miżuri ffinanzjati fl-istess ħin minn kontribuzzjonijiet tal-Istat u minn kontribuzzjonijiet volontarji ta’ professjonisti ta’ settur – Kriterju rilevanti – Grad ta’ intervent tal-awtorità pubblika fid-definizzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-professjonisti u l-modalitajiet tagħhom ta’ finanzjament (Artikolu 87 KE) (ara l-punti 49‑56, 60, 61, 71, 76, 77)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni – Għajnuna għat-tħaddim – Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punt 86)

5.                     Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Għajnuna mill-Istat li tirrgwarda prodotti suġġetti għal organizzazzjoni komuni ta’ suq – Projbizzjoni – Għajnuna li tiffavorixxi l-esportazzjoni ta’ prodotti nazzjonali lejn l-Istati terzi – Assenza ta’ effett (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punt 87)

6.                     Dritt Komunitarju – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet (ara l-punti 90, 91)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Protezzjoni – Kundizzjonijiet u limiti – Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Assenza ta’ aspettattivi leġittimi – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 92, 93, 95, 96)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Fédération de l’organisation économique fruits et légumes (Fedecom) hija kkundannata għall-ispejjeż.