Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Ottubru 2013 – Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-583/11 P) 1

[Appell – Regolament (KE) Nru 1007/2009 – Kummerċ tal-prodotti mill-foki – Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali prodotti – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Dritt għal azzjoni legali ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kunċett ta’ ‘atti regolatorji’ – Atti leġiżlattivi – Dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva]

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters and Trappers Association, Pangnirtung Hunters' and Trappers' Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products, Inc., Fur Institute of Canada, NuTan Furs, Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council Greenland (ICC-Greenl

and), Johannes Egede, Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (rappreżentanti: J. Bouckaert, H. Viaene u D. Gillet, avukati)Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou, D. Gauci u L. Visaggio, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Mo

ore u K.

 Michoel, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, E. White u K. Mifsud-Bonnici, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi)SuġġettAppell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-18/10), li jiċħad rikors għall-intiż annullament tar- Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 285, p. 36) - Kunċett ta’ “att regolatorju” - Rekwiżit li r-rikorrent ikun individwalment ikkonċernati mir-regolament ikkontestatDispożittivL-appell huwa miċħud.Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters and Trappers Association, Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products Inc., Fur Institute of Canada, NuTan Furs Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council Greenland (ICC-Greenland), Johannes Egede u Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kum

missjoni Ewr

opea għandha tbati l-i

spejjeż rispettivi tagħha.