Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Ottubru 2012 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-557/10)

(Nuqqas ta' Stat milli jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta' linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 5(3) - Impriżi ta' trasport ferrovjarju - Indipendenza amministrattiva - Deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u x-xiri proprji - Artikolu 7(3) - Għoti tal-finanzjament lill-amministratur tal-infrastruttura - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 6(1) - Bilanċ fil-kontijiet - Kundizzjonijiet xierqa - Traspożizzjoni inkompleta)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. França, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u A. Pereira de Miranda, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat milli jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 376), mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440 u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

Dispożittiv

Billi tissuġġetta kull deċiżjoni individwali ta' akkwist jew ta' trasferiment ta' ishma fil-kumpanniji mill-impriża pubblika ta' trasport ferrovjarju CP Comboios de Portugal EPE għal approvazzjoni tal-gvern u billi ma adottatx il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-obbligu li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġi ggarantit li l-kontijiet tal-amministrattur tal-infrastruttura, ir-Rede Ferroviária Nacional - REFER EP ikunu bbilanċjati, ir-Repubbliku Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, minn naħa, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2001, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440, kif emendata bid-Direttiva 2001/12, u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2007.

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 38, 5.2.2011