Language of document : ECLI:EU:T:2016:645





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T–140/16 R)

“Rikors għal annullament – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Ilment – Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà”

Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament – Ilment – Ippreżentar fl-istess ħin ta’ rikors għal annullament quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikoli 68 u 72) (ara l-punti 26–33, 35–39)


Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 320 026.23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relattiva tal-4 ta’ Frar 2016.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.