Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta' Ottubru 2011 - Laurence Prinz vs Region Hannover

(Kawża C-523/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Laurence Prinz

Konvenuta: Region Hannover

Domandi preliminari

Ikun hemm restrizzjoni tad-dritt għal moviment liberu u għal residenza libera mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Artikoli 20 u 21 TFUE, li ma hijiex iġġustifikata taħt id-dritt Komunitarju, jekk skont il-Bundesausbildungsförderungsgesetz (BAföG - Liġi federali dwar l-għajnuna għall-edukazzjoni), ċittadina Ġermaniża, li jkollha residenza permanenti fil-Ġermanja u tattendi stabbiliment tal-edukazzjoni fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tingħata benefiċċju ta' għajnuna għall-edukazzjoni sabiex tattendi f'dan l-istabbiliment tal-edukazzjoni esteru biss għal sena peress li meta hija bdiet l-istudji tagħhha fl-esteru hija ma kienx għad għandha mill-inqas tliet snin bħala residenza permanenti fil-Ġermanja?

____________