Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 – Ellinika Nafpigeia AE, 2. Hoern Beteiligungs GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-616/12 P) 1

(Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Appell manifestament infondat – Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Terminu għall-preżentata ta’ appell)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ellinika Nafpigeia AE, 2. Hoern Beteiligungs GmbH (rappreżentanti: K. Chrysogonos u A. Kaidatzis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Konstantinidis u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), Ellinika Nafpigeia u Hoern vs Il-Kummissjoni (T-466/11), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8274 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2010, li taċċetta l-impenji offruti mir-Repubblika Ellenika inkambju tal-miżuri imposti mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha C(2008) 3118 finali, tat-2 ta’ Lulju 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Elleniċi favur l-Ellinika Nafpigeia (Hellenic Shipyards, “HSY”), fil-kuntest tal-emendi fil-pjan ta’ investiment inizjali relatat mar-ristrutturazzjoni ta’ din it-tarzna [Għajnuna mill-Istat C 16/2004 (ex NN29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005)]

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 55, 23.02.2013.