Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta' Jannar 2011 - Marianne Scheunemann vs Finanzamt Bremerhaven

(Kawża C-31/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marianne Scheunemann

Konvenut: Finanzamt Bremerhaven

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56(1) flimkien ma' dawk tal-Artikolu 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni applikabbli għal wirt, is-sehem fi proprjetà privata, miżmum minn persuna bħala l-uniku azzjonist ta' kumpannija b'kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha u t-tmexxija tagħha fil-Kanada, huwa stmat fil-valur sħiħ tiegħu, filwaqt li, jekk tali sehem huwa miksub f'kumpannija b'kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha u t-tmexxija tagħha fit-territorju nazzjonali, jingħata tnaqqis marbut mal-proprjetà u jittieħed inkunsiderazzjoni biss 65 % tal-valur residwu?

____________