Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Gemeente Woerden, il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-267/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

L-appellant: Gemeente Woerden

Il-parti l-oħra fil-kawża: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

F’każ bħal dak ineżami, fejn il-persuna taxxabbli kkummissjonat il-kostruzzjoni ta’ bini u biegħet dan il-bini bi prezz li ma jkoprix l-ispejjeż kollha tal-kostruzzjoni, filwaqt li x-xerrej tal-bini jagħti l-użu ta’ parti speċifika tal-bini bla ħlas lil terz, tali persuna taxxabbli hija intitolata tnaqqas it-taxxa kollha imposta fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-bini jew inkella biss parti minn din it-taxxa fuq il-valur miżjud li tikkorrispondi għall-partijiet mill-bini li x-xerrej juża għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu (fil-każ ineżami kera bi ħlas)?

____________