Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Passenger Rights sp. z. o.o. vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-490/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Passenger Rights sp. z. o.o. w Warszawie

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

Strajk intern organizzat mis-sindakat tal-impjegati ta’ trasportatur bl-ajru jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” msemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet 1 , moqri flimkien mal-premessa 14 tal-imsemmi regolament?

Sabiex jiġi eżentat mill-obbligu ta’ ħlas ta’ kumpens, taħt l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, moqri flimkien mal-premessa 14 tal-imsemmi regolament, huwa biżżejjed li t-trasportatur juri b’mod plawżibbli li l-istrajk tal-impjegati jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja li ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ħa l-miżuri raġonevoli kollha fid-dispożizzjoni tiegħu, jew it-trasportatur għandu jġib prova ta’ dan?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.