Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien - l-Awstrija) – Pez Hejduk vs EnergieAgentur.NRW GmbH

(Kawża C-441/13)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(3) - Kompetenzi speċjali f’materja ta’ delitti jew kważi delitti — Drittijiet tal-awtur - Kontenut żmaterjalizzat - Tpoġġija fuq l-internet - Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż - Kriterji)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pez Hejduk

Konvenuta: EnergieAgentur.NRW GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ ksur allegat ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur iggarantiti mill-Istat Membru tal-qorti adita, din tal-aħħar ikollha ġurisdizzjoni, abbażi tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, li tieħu konjizzjoni ta’ kawża għad-danni għal ksur ta’ dawn id-drittijiet minħabba t-tpoġġija fuq l-internet ta’ ritratti protetti fuq sit tal-internet aċċessibbli fil-ġurisdizzjoni tagħha. Din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni biss sabiex tieħu konjizzjoni tad-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru li hija tkun fih.