Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-22 ta' Novembru 2010 - Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

(Kawża C-543/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Refcomp SpA

Konvenuti: Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

Domandi preliminari

Klawżola ta' ġurisdizzjoni, li ssir f'sensiela Komunitarja ta' kuntratti, bejn manifattur ta' oġġett u xerrej skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru°44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000 1, għandha effett fir-rigward tas-subakkwirent u, jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet?

Il-klawżola ta' ġurisdizzjoni għandha effett fir-rigward tas-subakkwirent u tal-assiguraturi surrogati tiegħu anki meta l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 ma japplikax għall-azzjoni tas-subakkwirent kontra l-manifattur, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tagħha Handte tas-17 ta' Ġunju 1992 2?

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

2 - Sentenza tas-17 ta' Ġunju 1992, Handte, C-26/91, Ġabra 1992, p. I-03967.