Language of document : ECLI:EU:C:2007:30

KONKLUŻJONIJIET TA’ L-AVUKAT ĠENERALI


Paolo Mengozzi

ppreżentati fit-18 ta’ Jannar 2007 1(1)

Kawża C-127/05

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

vs

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq

“Direttiva Nru 89/391 – Sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema – Obbligi ta’ min iħaddem dwar is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aspetti kollha konnessi max-xogħol – Responsabbiltà ta’ min iħaddem”





I –    Daħla

1.        F’din il-kawża, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, billi limitat għal dak li hu raġjonevolment prattikabbli l-obbligu ta’ min iħaddem li jassigura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aspetti kollha konnessi max-xogħol, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqsu mill-obbligi imposti fuqhom skond l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol(2).

II – Kuntest normattiv ta’ riferiment

A –    Id-Direttiva Nru 89/391

2.        Adottata abbażi ta’ l-Artikolu 118 A tat-Trattat KE (l-Artikoli 117-120 tat-Trattat KE kienu ġew issostitwiti bl-Artikoli 136 KE-143 KE), b’implementazzjoni tat-Tielet Programm ta’ Azzjoni Komunitarja, dwar is-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tat-23 ta’ Ottubru 1987(3), id-Direttiva 89/391, magħrufa wkoll bħala “Direttiva qafas”, tipprovdi regolamentazzjoni ta’ natura ġenerali dwar il-prevenzjoni ta’ riskji professjonali u l-ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema li fiha jidħol il-pjan ta’ armonizzazzjoni teknika tar-regoli ta’ siġurtà fil-Komunità (aktar ’il quddiem: id-”Direttiva qafas”). Il-firxa ġenerali tad-Direttiva qafas tirriżulta, barra mill-Artikolu 1(2) li jiddefinixxi s-suġġett, mill-Artikolu 16, li dan, wara li ppreveda fin-numru 1 li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq l-Artikolu 118 A tat-Trattat KE, jistabbilixxi Direttivi f’oqsma partikolari (imsejħa “Direttivi sussidjarji”(4)), jispjega, fl-Artikolu ta’ wara n-Nru 3, li “Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu fit-totalità tagħhom għaż-żoni kollha koperti mid-Direttivi individwali, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi li hemm f’dawn id-Direttivi individwali”.

3.        Wara li ntqal dan, għandu jitfakkar qabel kollox it-test ta’ l-Artikolu 118 A tat-Trattat KE u, wara dan, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas li jiġu rrilevati fil-kuntest ta’ din il-kawża kif ukoll, b’mod ġenerali, ta’ dak li hemm fiha.

4.        L-Artikolu 118 A, li ġie mdaħħal fit-Trattat KE bl-Artikolu 21 ta’ l-Att Uniku Ewropew, fil-kuntest tal-politika soċjali tal-Komunità importanza speċifika u awtonoma, lis-siġurtà fuq il-post tax-xogħol. Hija kkostitwixxa l-bażi ġuridika għall-adozzjoni f’dan il-qasam tad-Direttivi li jissejħu tat-“tieni ġenerazzjoni”, mhux ibbażati iżjed, bħal ta’ qabilhom, fuq l-Artikoli 100 jew 100 A tat-Trattat KE, li ma jadattawx ruħhom għal leġiżlazzjoni estensiva minħabba r-rabta teleoloġika − ikkostitwita mill-istrumenti għat-twaqqif u t-tħaddim tas-suq komuni − li huma jimponu fuq atti adottati abbażi tagħhom(5).

5.        Skond l-Artikolu 118 A(1) tat-Trattat KE, “l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari sabiex jinkoraġixxu kull miljorament, speċjalment fl-ambjent tal-post tax-xogħol, dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, u għandhom iqiegħdu bħala mira tagħhom l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet f’dan is-settur, filwaqt li jippreservaw kull miljorament li jkun ġa sar”. Sabiex jgħin li tintlaħaq din il-mira, is-subinċiż 2 ta’ dan l-Artikolu jistabbilixxi li l-Kunsill, meta jsegwi l-proċedura indikata f’din id-dispożizzjoni “jadotta, permezz ta’ direttivi, eżiġenzi minimi ta’ implementazzjoni gradwali, wara li jkun qies il-kundizzjonijiet u r-regoli tekniċi f’ kull Stat Membru”. Fl-aħħar nett, is-subinċiż 3 ta’ l-istess Artikolu jispjega li “id-disposizzjonijiet adottati konformi ma’ dan l-Artikolu m’għandhomx jipprojbixxu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri aktar ebsin għall-protezzjoni [akbar] tal-kundizzjonijiet tax-xogħol b’mod kompattibbli ma’ dan it-Trattat”.

6.        Id-Direttiva qafas tinqasam f’erba’ taqsimiet. L-ewwel, intitolata “Dispożizzjonijiet ġenerali”, hija magħmula minn erba’ Artikoli. L-Artikoli 1 u 2 jiddelineaw rispettivament l-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, waqt li l-Artikolu 3 jiddefinixxi l-kunċetti ta’ ħaddiem, ta’ min iħaddem, tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, u tal-prevenzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 3(b) jiddefinixxi “min iħaddem: kwalunkwe persuna naturali jew legali li jkollha relazzjoni ta’ impjieg ma’ min iħaddem u li tkun responsabbli għall-impriża u/jew l-[i]stabbiliment”. L-Artikolu 4(1) jistabbilixxi li “Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li min iħaddem, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu soġġetti għad disposizzjonijiet legali meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva”.

7.        It-tieni Taqsima tad-Direttiva qafas, “Obbligi ta’ min iħaddem” hija magħmula minn tmien Artikoli. L-Artikolu 5, taħt it-titolu “Dispożizzjonijiet ġenerali” jiddeskrivi, fis-subinċiż 1, l-obbligu ta’ min iħaddem fit-termini li ġejjin:

“Min iħaddem għandu jkollu l-obbligu li jiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f’kull aspett relatat max-xogħol”.

8.        L-Artikolu 5(2) u (3) jiddisponu:

“2. Fejn, skond l-Artikolu 7(3), min iħaddem jelenka servizzi esterni jew persuni kompetenti, dan ma għandux jeħilsu mir-responsabbilitajiet f’dan il-qasam.

3. L-obbligi tal-ħaddiema fil-qasam tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol ma għandhomx jaffettwaw il-prinċipju tar-responsabbilità ta’ min iħaddem”.

9.        L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), jiddisponi, fl-aħħar nett, li d-Direttiva “ma għandhiex tillimita l-għażla ta’ l-Istati Membri milli jipprovdu għall-esklużjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbilità ta’ min iħaddem fejn l-okkorrenzi jkunu dovuti għal ċirkustanzi mhux tas-soltu u li ma setgħux jiġu mbassra, mhux fil-kontroll ta’ min iħaddem, jew minħabba każijiet eċċezzjonali, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja li tkun ingħatat kull attenzjoni meħtieġa”. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) jipjega li “ma hemmx bżonn li l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu”.

10.      Il-kontenut ta’ l-obbligu ta’ sigurtà li huwa impost fuq min iħaddem huwa spjegat fl-Artikoli ta’ wara 6-12 tad-Direttiva qafas.

11.      Għall-għanijiet ta’ eżami ta’ din il-kawża, huma partikolarment rilevanti d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, intitolat “Obbligi ġenerali ta’ min iħaddem”, li jiddisponi kif ġej:

“1. Fi ħdan il-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għas-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, inkluż il-prevenzjoni tar-riskji kkaġunati mix-xogħol u l-għoti ta’ informazzjoni u taħriġ, kif ukoll ta’ l-għoti ta’ l-organizzazzjoni u mezzi meħtieġa.

Min iħaddem għandu joqgħod attent għall-ħtieġa li jaġġusta dawn il-miżuri sabiex jagħtu kas taċ-ċirkostanzi li jinbidlu u jimmira għat-titjib tas-sitwazzjonijiet eżistenti.

2. Min iħaddem għandu jimplementa l-miżuri li hemm riferenza għalihom fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1 fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni segwenti:

(a) l-evitar ta’ riskji;

(b) l-evalwar tar-riskji li ma jkunux jistgħu jiġu evitati:[;]

(ċ) il-ġlieda kontra r-riskji mis-sors;

(d) addattazzjoni tax-xogħol għall-individwu, speċjalment fir-rigward tat-tfassil ta’ postijiet ta’ xogħol, l-għażla ta’ l-apparat tax-xogħol u l-għażla tal-metodi ta’ xogħol u produzzjoni, b’mod partikolari, sabiex jitnaqqas ix-xogħol monotonu u xogħol b’rata predeterminata ta’ xogħol u għat-tnaqqis ta’ l-effett tagħhom fuq is-saħħa. [;]

(e) addattazzjoni għall-progress tekniku;

(f) bdil tal-perikoluż ma’ dak li mhux perikoluż jew anqas perikoluż;

(g) żviluppar ta’ polza ta’ prevenzjoni fuq kollox koerenti li tkopri t-teknoloġija, l-organizzazzjoni tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol, relazzjonijiet soċjali u l-influwenza ta’ fatturi relatati ma’ l-ambjent tax-xogħol;

(h) l-għoti ta’ prijorità għall-miżuri ta’ protezzjoni kollettivi fuq miżuri ta’ protezzjoni individwali;

(i) għoti ta’ istruzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, min iħaddem għandu, jagħti każ tan-natura ta’ l-attivitajiet ta’ l-intrapriża u/jew ta’ l-istabbiliment:

(a) jevalwa r-riskji għas-sigurtà u għas-saħħa tal-ħaddiema, fosthom fl-għażla ta’ apparat tax-xogħol, is-sustanzi kimiċi jew preparazzjonijiet użati, u t-tfassil ta’ postijiet tax-xogħol.

Wara din l-evalwazzjoni u kif ikun hemm bżonn, il-miżuri ta’ prevenzjoni u l-metodi ta’ xogħol u ta’ produzzjoni implementati minn min iħaddem għandhom:

- jassigura titjib fil-livell ta’ protezzjoni offruta lill-ħaddiema fir-rigward tas-sigurtà u s-saħħa,

- ikunu integrati fl-attivitajiet kollha ta’ l-intrapriża u/jew stabbiliment u fil-livelli ġerarkiċi kollha;

(b) fejn jafda xogħlijiet lil ħaddiem partikolari, għandu jagħti kas tal-kapaċitajiet tal-ħaddiem fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà;

(ċ) jiżgura li l-ippjanar u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda jkunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew mar-rappreżentanti tagħhom, fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ l-għażla ta’ l-apparat, kundizzjonijiet ta’ xogħol u l-ambjent tax-xogħol għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema;

(d) jieħu passi xierqa li jiżguraw li ħaddiema li jkunu rċevew struzzjonijiet xierqa biss ikun jista’ jkollhom aċċess għal żoni fejn ikun hemm xi perikoli serji u speċifiċi.

4. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, fejn bosta intrapriżi jaqsmu post tax-xogħol, dawk li jħaddmu għandhom jikkooperaw fl-implementazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ sigurtà, saħħa u iġjene fuq ix-xogħol u, tan-natura ta’ l-attivitajiet, għandhom jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom f’affarijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-protezzjoni u prevenzjoni ta’ riskji kkaġunat mix-xogħol, u għandhom jinfurmaw wieħed lill-ieħor u l-ħaddiema rispettivi tagħhom u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema b’dawn ir-riskji.

5. Miżuri relatati mas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq ix-xogħol ma għandhom fl-ebda ċirkustanza jdaħħlu lill-ħaddiema fi spiża finanzjarja” .

12.      L-Artikoli 7 u ta’ wara tad-Direttiva qafas jpoġġu a karigu ta’ min iħaddem obbligi aktar speċifiċi, li huma: Servizzi ta’ protezzjoni u ta’ prevenzjoni (Artikolu 7), il-miżuri meħtieġa għall-ewwel għajnuna, tifi tan-nar u evakwazzjoni ta’ ħaddiema, u perikolu serju u imminenti (Artikolu 8), li jkun fil-pussess ta’ stima tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol, jiddeċiedi fuq il-miżuri ta’ protezzjoni li għandhom jittieħdu u, fejn ikun hemm bżonn, it-tagħmir protettiv li għandu jintuża (Artikolu 9), kif ukoll obbligi ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u parteċipazzjoni, u ta’ taħriġ tal-ħaddiema (rispettivament Artikoli 10, 11 u 12).

13.      It-tielet Taqsima tad-Direttiva qafas hija magħmula minn Artikolu wieħed li jiddefinixxi l-obbligi tal-ħaddiema fl-amministrazzjoni ta’ sigurtà (Artikolu 13).

14.      Fl-aħħarnett, ir-raba’ Taqsima tad-Direttiva għandha “Dispożizzjonijiet mixxellanji” fosthom ’il fuq imsemmi Artikolu 16(6). Skond l-Artikolu 18(1) “L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Diċembru 1992”.

B –    Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

15.      Ir-Renju Unit huwa l-ewwel pajjiż industrijalizzat li kien adotta leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. L-ewwel Factory Act, intiż li jirregola x-xogħol tat-tfal, imur lura għall-1802 u ġie segwit minn diversi interventi leġiżlattivi fil-qasam, fil-bidu limitati għal kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema u għal oqsma ekonomiċi determinati u wara mifruxa għall-attivitajiet industrijali kollha bil-Factory and Workshop Act ta’ l-1878.

16.      Bil-ħsieb li junifika l-produzzjoni leġiżlattiva kontra l-inċidenti, ikkaratterizzata minn frammentarjetà u metodu leġiżlattiv ispirat minn realiżmu, inħolqot, fl-1970 ġiet ikkostitwita Kummissjoni, ippresjeduta minn Lord Robens, li ppreżenta rapport fl-1972 li kellu diversi rakkomandazzjonijiet, li abbażi tagħhom ġiet adottata l-Health and Safety at Work Act ta’ l-1974 (aktar ’il quddiem : il-“HSW Act”).

17.      Din ta’ l-aħħar tikkostitwixxi l-pedament tas-sistema kollha Brittanika tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Hija fis-sustanza liġi qafas, ħafna drabi emendata tul is-snin, li tiddefinixxi r-regoli minimi applikabli għall-ħaddiema kollha, indipendentement mit-Taqsima ta’ attività. Abbażi tal-HSW Act ġew adottati diversi atti ta’ natura regolamentari sabiex isaħħu r-regoli li hija tippredisponi.

18.      Għandu f’dan il-punt jiġi rilevat li t-traspożizzjoni tad-Direttiva Nru 89/391 tat bidu, fid-dritt Britanniku, għal interventi leġiżlattivi limitati, u dan fil-każ ta’ kemm fejn is-sistema eżistenti hija kkunsidrata, b’mod ġenerali, konformi mar-regoli ta’ din ta’ l-aħħar, kemm b’effett tar-rieda politika espressa mill-gvern Konservattiv ta’ dak iż-żmien li jillimita għall-minimu l-impatt tad-Direttiva – u aktar b’mod ġenerali ta’ l-interventi Komunitarji dwar il-politika soċjali – fuq il-leġiżlazzjoni interna.

19.      Peress li titratta dispożizzjonijiet li permezz tagħhom titwettaq fid-dritt Brittanniku adattament għar-regoli ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, il-Gvern konvenut jirreferi għat-Taqsima 2 tal-HSW Act, intitolata “General duties of employers to their employees” li s-subinċiż tiegħu 1 jiddisponi kif ġej:

“It shall be the duty of every employer to ensure, so far as is reasonably practicable, the health, safety and welfare at work of all his employees”.

20.      Is-subinċiż 2 ta’ din l-istess Taqsima ssemmi, b’mod mhux eżawstiv, xi obbligi speċifiċi li huma mposti fuq min iħaddem skond l-obbligu ta’ sigurtà msemmija f’termini ġenerali fl-imsemmi inċiż 1. Huwa jiddisponi:

“Without prejudice to the generality of an employer’s duty under the preceding subsection, the matters to which that duty extends include in particular:

a)      the provision and maintenance of plant and systems of work that are, so far as is reasonably practicable, safe and without risks to health;

b)      arrangements for ensuring, so far as is reasonably practicable, safety and absence of risk to health in connection with the use, handling, storage and transport of articles and substances;

c)      the provision of such information, instruction, training and supervision as is necessary to ensure, so far as is reasonably practicable, the health and safety at work of his employees;

d)      so far as is reasonably practicable as regards any place of work under the employer’s control, the maintenance of it in a condition that is safe and without risks to health and the provision and maintenance of means of access to and egress from it that are safe and without such risks;

e)      the provision and maintenance of a working environment for his employees that is, so far as is reasonably practicable, safe, without risks to health, and adequate as regards facilities and arrangements for their welfare at work”.

21.      Il-ksur ta’ l-obbligi imposti fuq min iħaddem fit-Taqsima 2 tal-HSW Act huma ssanzjonati kriminalment abbażi tad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 33(1) a), u 47(1) a) ta’ l-istess att.

22.      Fil-każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u jew ta’ mard professjonali l-vittmi huma kkumpensati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Industrial Injury Scheme, iffinanzjata mit-taxxi ġenerali u għalhekk fuq bażi mhux kontributtiva.

23.      Barra dan, għalkemm, bis-saħħa tat-Taqsima 47( 1) tal-HSW Act, il-ksur ta’ obbligi imposti mit-Taqsima 2 ta’ l-istess ma jagħtix lok għal responsabbiltà ċivili ta’ min iħaddem, din ta’ l-aħħar hija prevista f’diversi dispożizzjonijiet tal-Management of Health and Safety at Work Regulations ta’ l-1999 li kienu ttrasponew xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas u d-Direttivi sussidjarji(7).

24.      Fl-aħħar nett l-obbligu ta’ min iħaddem li jikkumpensa d-danni kkawżati minn ksur tad-dmir ta’ prudenza fil-konfront tal-ħaddiema jikkostitwixxi prinċipju ta’ common law.

25.      Mill-1972, bis-saħħa ta’ -Employer’s Liability (compulsory insurance) Act ta’ l-1969, il-biċċa l-kbira ta’ dawk li jħaddmu huma obbligati li jagħmlu assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbilità ċivili sabiex ikopru d-danni li jirriżultaw minn inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard professjonali.

26.      Sistema analoga għal dik fuq spjegata hija fis-seħħ fl-Irlanda ta’ Fuq(8).

III – Il-proċedura qabel il-kawża

27.      Fid-29 ta’ Settembru 1997 il-Kummissjoni bagħtet lir-Renju Unit ittra ta’ intimazzjoni li fiha fformulat fil-konfront ta’ l-imsemmi Stat Membru ċertu numru ta’ akkużi dwar it-traspożizzjoni fid-dritt Brittaniku tad-Direttiva qafas. Fost dawn kien hemm it-traspożizzjoni żbaljata ta’ l-Artikolu 5 b’riferenza, fost l-oħrajn, għad-dħul, fil-leġiżlazzjoni rilevanti interna, tal-klawżola “so far as is reasonably practicable” (fil-limiti ta’ dak li hu raġjonevolment prattikabbli, aktar ’il quddiem: il-“klawżola SFAIRP”), li fil-parir tal-Kummissjoni, jillimita b’mod kuntrarju għall-Artikolu 5(1) il-firxa ta’ l-obbligu minnu previst fuq min iħaddem.

28.      B’konnessjoni ma’ din l-akkuża, ir-Renju Unit wieġeb, fir-risposti tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 1997 u tal-23 ta’ Ottubru 2001 għall-ittra ta’ intimazzjoni, billi bagħtet diversi deċiżjonijiet ta’ qrati nazzjonali li minnhom jirriżulta, skond dan l-Istat Membru, il-qbil ta’ din l-imsemmija klawżola ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva qafas.

29.      Peress li ma kinitx konvinta mill-argumenti mressqa mir-Renju Unit, il-Kummissjoni adottat opnijoni motivata, mibgħut lill-Istess Stat Membru fil-25 ta’ Lulju 2003, li fiha kkontestat, għal dak tirrileva f’din il-kawża, il-ksur ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva qafas għal motivi ġà dedotti fl-ittra ta’ intimazzjoni. Il-Kummissjoni inġunġiet lir-Renju Unit sabiex jikkonforma ruħu ma’ l-opinjoni motivata fi żmien xahrejn. Fuq talba tar-Renju Unit dan iż-żmien ġie pprorogat għal erba’ xhur.

30.      Ir-Renju Unit irrisponda għall-opinjoni motivata b’ittra ta’ l-24 ta’ Novembru 2003, li fiha kkontesta l-ksur allegat ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva qafas.

IV – Talbiet tal-partijiet

31.      B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni ressqet, abbażi ta’ l-Artikolu 226 KE, ir-rikors li huwa s-suġġett f’din il-kawża.

32.      Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li:

–        tiddikjara li, billi liimtat għal dak li hu raġjonevolament prattikabbli l-obbligu ta’ min iħaddem is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-oqsma konnessi max-xogħol, ir-Renju Unit naqas mill-obbligi li huma imposti fuqu skond l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas;

–        tordna li r-Renju Unit jbati l-ispejjeż.

33.      Ir-Renju Unit jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li:

–        tiċħad ir-rikors;

–        tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

V –    Analiżi

A –    L-argumenti tal-partijiet

34.      Skond il-Kummissjoni, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, li tistabbilixxi semmi l-prinċipju fundamentali li jgħid li huwa impost fuq min iħaddem l-obbligu li jiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, jikkostitwixxi l-pedament tas-sistema ta’ ħarsien previst minn din id-Direttiva. Abbażi ta’ l-interpretazzjoni li tagħti l-Kummissjoni lil din id-dispożizzjoni, min iħaddem huwa responsabbli għal kull inċident li jagħmel ħsara għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jiġri fl-impriża tiegħu, bl-unika eċċezzjoni possibbli fil-każijiet previsti mill-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas. Din l-aħħar dispożizzjoni, bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà ta’ min iħaddem, għandha tiġi interpretata restrittivament.

35.      Il-Kummissjoni ssostni li l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva qafas li hija tissuġġerixxi hija kkonfermata mix-xogħlijiet prepratorji ta’ dan l-att, li minnha tirriżulta l-intenzjoni ċara tal-leġiżlatur Komunitarju li jissuġġetta min iħaddem għal sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva, li tista’ tiġi eskluża jew limitata biss meta jkun hemm iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali previsti mis-subinċiż Nru 4 ta’ dan l-Artikolu. Din l-interpretazzjoni tirriżulta ulterjorment ikkonfermata miċ-ċirkustanza li, filwaqt li l-ewwel Direttivi fil-qasam ta’ sigurtà u saħħa tal-ħaddiema, preċedenti għad-dħul fit-Trattat KE ta’ l-Artikolu 118 A, jipprevedu l-klawżola SFAIRP fid-definizzjoni ta’ l-obbligi imposti lil min iħaddem, id-Direttivi ta’ “ġenerazzjoni ġdida”, fosthom id-Direttiva qafas, adottati abbażi ta’ dan l-Artikolu kienu definittivament abbandonaw din il-klawżola.

36.      Għalkemm taqbel mar-Renju Unit meta tqis li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas ma jimponix fuq min iħaddem li jiggarantixxi ambjent tax-xogħol assolutament mingħajr periklu, il-Kummissjoni tenfasizza li l-metodu tagħha jitbiegħed minn dak tar-Renju Unit rigward il-konsegwenzi li jiġu mill-konstatazzjoni ta’ l-impossibbiltà li jinkiseb dan ir-riżultat. Skond ir-Kummissjoni, id-definizzjoni f’termini assoluti ta’ l-obbligu ta’ sigurtà ta’ min iħaddem timplika li meta l-miżuri ta’ prevenzjoni jfallu din ta’ l-aħħar tibqa’ madankollu oġġettivament responsabbli għall-konsegwenzi li jirriżultaw għas-saħħa tal-ħaddiema.

37.      Il-Kummissjoni ssostni li l-argumentazzjoni sostnuta subordinatament mir-Renju Unit, li tgħid li l-klawżola SFAIRP hija kompatibbli ma’ dak dispost mill-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas, għandha tiġi miċħuda.

38.      F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva li l-Artikolu 5(4), kuntrarjament għal dak li jirriżulta mill-argumenti tar-Renju Unit, ma daħħalx deroga għall-prinċipju tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem ibbażata fuq proċessji ta’ raġjonevolezza, iżda sempliċement ippreveda l-każijiet meta din ta’ l-aħħar tista’, b’mod eċċezzjonali, tinħeles minn responsabbiltà, każijiet li jistgħu faċilment jerġgħu jwasslu għad-difiża ta’ forza maġġuri.

39.      Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qrati Brittaniċi jirriżulta li l-bilanċ ta’ interessi li l-Imħallfin għandhom jirrikorru għalih meta japplikaw il-klawżola SFAIRP għandha tiġi mħaddma fil-każijiet kollha fejn tiġi rrilevata r-responsabbiltà ta’ min iħaddem, anki meta l-ġrajjiet ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema huma kkawżati meta jseħħu fatti għal kollox prevedibbli. Peress li ma teżisti ebda definizzjoni tal-klawżola kontroversjali li tillimita l-appplikazzjoni tagħha fl-ipoteżijiet biss li d-dannu lis-saħħa tal-ħaddiema tiġi kkaġunata minn ċirkustanzi imprevedibbli jew minn ġrajjiet eċċezzjonali u lanqas xi ġurisprudenza li minnha jirriżulta li din il-klawżola tista’ tiġi invokata minn min iħaddem bħal mezz ta’ difiża biss meta jkun hemm dawn iċ-ċirkustanzi jew ġrajjiet, il-Kummissjoni ssostni li l-implementazzjoni tagħha fil-leġiżlazzjoni Britannika ma jħallix li jinkiseb ir-riżultat impost mid-dispożizzjonijiet konġunti ta’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas.

40.      Il-Kummissjoni tenfasizza barra dan li l-evalwazzjoni li għandha ssir abbażi tal-klawżola SFAIRP timplika t-teħid in kunsiderazzjoni ta’ l-ispejjeż finanzjarji tal-miżuri ta’ prevenzjoni u li dan huwa b’kuntrast evidenti ma’ dak stabbilit fit-tlettax-il ‘premessa’ tad-Direttiva qafas, li permess tagħha “it-titjib fis-sigurtà, iġjene u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol huwa għan li ma għandux jiġi subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi”.

41.      Skond ir-Renju Unit, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, jekk minn naħa, jidentifika min iħaddem bħala l-persuna li fuqu jaqa’ primarjament l-obbligu ta’ ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u, moqri flimkien ma’ l-Artikoli 6-12 ta’ l-istess Direttiva, u skond il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità, jiddefinixxi l-firxa ta’ dan l-obbligu, min-naħa l-oħra ma jgħid xejn fuq in-natura tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħarsien ta’ l-istess. Din il-kwistjoni tibqa’ kompetenza ta’ l-Istati Membri skond id-dmir li jadottaw il-miżuri neċessarju sabiex jiggarantixxu l-implementazzjoni u l-effikaċja tad-dritt Komunitarju, li tiegħu l-Artikolu 4 tad-Direttiva qafas jikkostitwixxi espressjoni speċifika.

42.      Dwar il-firxa ta’ l-obbligu impost lil min iħaddem mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, ir-Renju Unit isostni li, għalkemm espress f’termini assoluti, ma jirriżultax li hemm fuq min iħaddem obbligu ta’ riżultat, li jikkonsisti li jiġi ggarantit ambjent ta’ xogħol ħieles minn kull riskju.

43.      Skond dan l-Istat Membru, din l-interpretazzjoni hija koerenti kemm mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas li huma intiżi li jwettqu konkretament l-obbligu stabbilit fl-imsemmi Artikolu, b’mod partikolari fl-Artikolu 6(2), li jimponi fuq min iħaddem, l-obbligu li “jevita jew jillimita r-riskji” u li “jissostitwixxi dak li hu perikoluż ma dak li mhux jew huwa anqas perikuluż”(9), kemm b’diversi preskrizzjonijiet tad-“Direttivi sussidjarji” li, filwaqt li jispjegaw il-miżuri ta’ prevenzjoni li għandhom jiġu adottati f’oqsma produttivi speċifiċi, jirreferu għal kunsiderazżjonijiet ta’ “prattikabbiltà” jew “li huma adattati” ta’ dawn il-miżuri. Din l-interpretazzjoni tkun barra minn hekk konformi mal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità u ma’ l-Artikolu 118 A tat-Trattat KE, li jikkostitwixxi l-bażi ġuridika tad-Direttiva qafas, li bis-saħħa tiegħu d-Direttivi adottati abbażi tiegħu huma intiżi sabiex idaħħlu biss “direttivi minimi applikabbli minn ġurnata għall-oħra”.

44.      Dwar ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem, ir-Renju Unit josserva li xejn fid-Direttiva qafas, u lanqas, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(1) ma jissuġġerixxi li min iħaddem għandu jkun suġġett għal sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva. Fl-ewwel lok, dan l-Artikolu jipprevedi biss l-obbligu li jiġu assigurati s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u mhux ukoll l-obbligu ta’ kumpens tad-danni li jirriżultaw minn inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Fit-tieni lok, id-Direttiva qafas tħalli lill-Istati Membri liberi li jiddeċiedu liema forma ta’ responsabbiltà, ċivili jew kriminali, timponu fuq min iħaddem. Fit-tielet lok, ikun barra dan mħolli lill-Istati Membri l-kwistjoni ta’ min – min iħaddem waħdu, il-kategorija ta’ dawk li jħaddmu meħuda flimkien jiġifieri kollha f’daqqa – għandu jbati l-ispejjeż li jirriżultaw minn inċidenti fuq ix-xogħol.

45.      F’dak li jirrigwarda l-adattament tal-leġiżlazzjoni Britannika għad-Direttiva qafas u l-allegazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, ir-Renju Unit isostni qabel kollox li din il-leġiżlazzjoni hija karatterizzata mill-għażla tal-leġiżlatur li jissanzjona kriminalment in-nuqqas ta’ ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u għalhekk anki l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà stabbilit fit-Taqsima 2, paragrafu 1, tal-HSW Act.

46.      Skond dan l-Istat Membru, din l-għażla tassigura sistema aktar effiċjenti, peress li l-effikaċja preventiva ta’ piena kriminali tkun akbar minn dik ta’ responsabbiltà ċivili għal danni, li kontra tiegħu dawk li jħaddmu jistgħu jipprevedu kopertura assigurattiva. Barra dan, l-użu ta’ sistema ta’ pieni kriminali tmur aħjar ma’ sistema ta’ ħarsien, bħal dik Britannika, ibbażata fuq il-prevenzjoni. L-effikaċja tas-sistema Brittannika hija wara kollox murija mill-istatistika, li minnha tirriżulta li r-Renju Unit huwa għal ħafna żmien wieħed mill-Istat Membri bl-inqas numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

47.      Ir-Renju Unit jenfasizza li t-Taqsima 2 tal-HSW Act timponi responsabbiltà kriminali “awtomatika” li biha, min iħaddem jista’ jevitha biss billi juri li għamel dak kollu raġjonevolment prattikabbli sabiex jevita li jkun hemm riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Min iħaddem ma jistax jeħles mill-oneru tal-prova li huwa impost fuqu jekk mhux billi juri li jeżisti sproporzjon qawwi (“gross disproportion”) bejn ir-riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u s-sagrifiċċju f’ termini ta’ spejjeż, ħin jew inkwiet (“sacrifice, whether in money, time or trouble”) li l-adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex jiġi evitat l-okkorrenza ta’ dan ir-riskju jkun ifisser, u li dan ta’ l-aħħar ikun insinjifikanti fid-dawl tas-sagrifiċċju msemmi. Ir-Renju Unit jispjega li t-test magħmul b’applikazzjoni tal-klawżola SFAIRP jimplika evalwazzjoni purament oġġettiva, li fiha kull kunsiderazzjoni relattiva għall-kapaċitajiet finanzjarji ta’ min iħaddem tibqa’ eskluża.

48.      L-Istat Membru konvenut jiddikjara, barra dan, li l-għażla li jiġi traspost l-Artikolu 5(1), permezz tal-previżjoni ta’ obbligi li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tagħha hija ssanzjonata kriminalment ma jimplikax li, fil-każ ta’ inċidenti fuq ix-xogħol, il-vittmi ma jistgħux jiksbu kumpens.

49.      Fid-dritt Brittaniku dan il-kumpens huwa previst abbażi ta’ sistema ta’ għajnuna soċjali.

50.      Ir-Renju Unit jsostni barra dan li min iħaddem huwa responsabbli għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dmir ta’ diliġenza fil-konfront tal-ħaddiema previst fil-common law. Skond dan id-dmir min iħaddem għandu jassigura ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa u mingħajr periklu, li jipprevedi r-riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema u li jadotta miżuri ta’ prevenzjoni adatti.

51.      Abbażi ta’ l-argumenti mressqa, l-Istat Membru konvenut isostni li ttraspona korrettement l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva kwadru.

52.      B’mod subordinat, ir-Renju Unit isostni li l-klawżola SFAIRP, kif implementata mill-Qrati Britanniċi, għandha kamp ta’ applikazzjoni li jaqbel ma’ dak ta’ l-Artikolu 5( 4) tad-Direttiva qafas.

B –    Kunsiderazzjonijiet

1.      Osservazzjonijiet preliminari

53.      Għalkemm jista’ jidher diffiċli jew artifiċjali li tifred l-eżami fuq il-kontenut u fuq il-firxa ta’ l-obbligi li huma imposti fuq min iħaddem minn dak relattiv għall-forom ta’ responsabbiltà amministrattiva, ċivili jew kriminali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ osservanza tagħhom, jidhirli madankollu possibbli tiddistingwi diversi livelli ta’ tħaddim potenzjali tal-klawżola SFAIRP, li l-kompatibbiltà tagħha ma’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas hija kkontestata mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din il-kawża.

54.      Din l-imsemmija klawżola hija adatta li taħdem, fl-ewwel lok, bħala limitu ta’ l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà li għaliha huwa obbligat min iħaddem skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas. F’dan is-sens hija tista’ tidħol hawn fid-determinazzjoni tal-kuntest u tal-limiti ta’ l-attività ta’ prevenzjoni.

55.      Fit-tieni lok, il-klawżola kontroversjali hija wkoll adatta li titħaddem indirettament bħala limitu għall-possibbiltà li tagħti lil min iħaddem ir-responsabbiltà li tirriżulta min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-imsemmi obbligu.

56.      Il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-klawżola in eżami mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas tqum, fuq pjan loġiku, fil-konfront taż-żewġ kuntesti ta’ tħaddim ta’ l-istess spjegata aktar ’il fuq.

57.      Għandu għalhekk preliminarjament jiġi mfittex liema huma l-aspetti ta’ illeġittimità ta’ din il-kawżola li l-Kummissjoni beħsiebha tqajjem fir-rikors suġġett ta’ din il-kawża.

58.      Mill-qari tan-noti bil-miktub ippreżentati mill-Kummissjoni joħroġ b’mod suffiċjentement ċar x’inhuma l-aspetti preċiżi tat-teżi sostnuta mir-rikorrenti. Skond din ta’ l-aħħar, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, barra milli jiddefinixxi f’termini assoluti l-obbligu ta’ min iħaddem li jiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f’kull aspett konness max-xogħol, bħala korrollarju ta’ dan l-obbligu jistabbilixxi r-responsabblità ta’ min iħaddem għal kull inċident li jagħmel ħsara lill-ħaddiema li jseħħ fl-impriża tiegħu. Minn dak indikat flimkien ma’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas il-Kummissjoni tikkonkludi n-natura ta’ din ir-responsabbiltà meta tikkwalifikaha bħala oġġettiva. Skond din l-istituzzjoni, min iħaddem jibqa’ responsabbli għall-konsegwenzi ta’ kull inċident li jagħmel ħsara lis-saħħa tal-ħaddiema li jiġri fl-impriża tiegħu indipendentement mill-miżuri preventivi li hu jkun fil-konkret adotta jew seta’ jadotta, bl-unika eċċezzjoni ta’ l-ipoteżi espressament prevista mill-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas. Peress li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-HSW Act, u b’mod partikolari mit-Taqsima 2(1), moqrija flimkien mat-taqsimiet 33 u 47, li min iħaddem mhuwiex responsabbli għar-riskji li jirriżultaw jew mill-konsegwenzi ta’ l-inċidenti li jiġru fl-impriża meta jkun jista’ juri li jkun adotta l-miżuri kollha raġjonevolment prattikabbli sabiex jiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema tiegħu, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit mhijiex konformi ma’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas.

59.      Minkejja t-termini li fihom huma fformulati t-talbiet tar-rikors, jirriżulta b’mod ċar mill-kontenut tan-noti ppreżentati mill-Kummissjoni u mid-diskussjoni sħiħa li żviluppat waqt il-proċedura bil-miktub u mis-seduta li din l-istituzzjoni ma tikkontestax il-leġittimità tal-klawżola kontroversjali taħt l-aspett tal-kapaċità tagħha li teffettwa l-firxa ta’ l-obbligu ta’ min iħaddem ta’ sigurtà, iżda taħt l-aspett differenti ta’ l-adattament li jitħaddem bħala limitu tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem inċidenti li jkunu ta’ ħsara tas-saħħa tal-ħaddiema fl-impriża tiegħu.

60.      B’mod ċar iż-żewġ aspetti ta’ illeġittimità possibbli ma jistgħux jinfirdu meta jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 5(4) tas-Direttiva qafas, moqri waħdu jew flimkien mas-subinċiż 1, jiddefinixxi l-firxa tar-responsabbilità ta’ min iħaddem li tirriżulta min-nuqqas ta’ osservanza ta’ l-obbligu ta’ min iħaddem ta’ sigurtà, waqt li jibqgħu separati meta jiġi sostnut lil din id-dsipożizzjoni kienet intiża tirrintraċċja l-parametri aktar wiesgħa tar-responsabblità ta’ min iħaddem.

61.      Għandu għalhekk jiġi evalwat jekk, kif jissuġġerixxi r-Renju Unit, ikunx hemm qbil bejn il-firxa ta’ l-obbligu ta’ min iħaddem li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva qafas, jew li, kif issostni l-Kummissjoni, din ir-responsabbiltà tkopri l-konsegwenzi ta’ kull ma jseħħ li huwa ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema − bl-unika eċċezzjoni tal-każijiet previsti mill-Artikolu 5(4) − indipendentement mill-possibbiltà li tattribwixxi dan l-inċident u l-konsegwenzi lil xi traskuraġni ta’ min iħaddem fi-teħid minn qabel tal-miżuri preventivi.

2.      Fuq l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas

62.      Il-Kummissjoni u r-Renju Unit jimxu fuq interpretazzjonijiet differenti ta’ l-Artikoli 5(1) tad-Direttiva qafas. It-teżi tal-Kummissjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni f’termini prinċipalment ta’ responsabbilità ta’ min iħaddem għad-danni li jirriżultaw lis-saħħa tal-ħaddiema, filwaqt li r-Renju Unit jimxi fuq interpretazzjoni ta’ l-istess dispżizzjoni f’termini essenzjalment ta’ obbligi li huma imposti fuq min iħaddem fit-teħid minn qabel tal-miżuri neċessarji preventivi.

63.      It-teżi interpretattiva sostnuta mir-Renju Unit hija bbażata fuq interpretazzjoni litterali ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas. Il-Kummissjoni timxi sostanzjalment iżda fuq interpretazzjoni sistematika ta’ din id-dispożizzjoni, meta turi b’mod partikolari l-konnessjonijiet bejn dak li hemm fis-subinċiżi (1) u (4) ta’ l-Art 5.

64.      Ma hemmx dubju li fl-ewwel fażi ta’ interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1), ibbażata fuq l-informazzjoni litterali, m’huwiex possibbli li tingħata lil din id-dispożizzjoni funzjoni oħra milli dik li tidentifika persuna u li tagħmel a karigu ta’ dan ta’ l-aħħar obbligu, li u għan tiegħu huwa li jiggarantixxi l-ħarsien ta’ interess ġuridiku anki hu stess iddeterminat.

65.      Minn dan il-lat, din id-dispożizzjoni tesprimi regola li tassumi tradizzjonalment ir-rwol ta’ prinċipju fundamentali fil-leġiżlazzjonijiet fis-suġġett tal-ħarsien fuq il-post tax-xogħol: l-identifikazzjoni ta’ min iħaddem, fir-rwol doppju li għandu rabta ġuridika ta’ xogħol u organizzatur tal-fatturi ta’ produzzjoni [ara l-Artikolu 3(b) tad-Direttiva qafas], bħala debitur prinċipali ta’ l-obbligu ta’ sigurtà.

66.      Madankollu, fejn minn interpretazzjoni bbażata biss fuq it-test tad-dispożizzjoni in eżami tgħaddi sabiex tikkunsidra din fil-kuntest li fiha qegħda, jidher diffiċli li ma tinterpretax dak li hemm stabbilit fl-Artikolu 5(1), bħala wieħed intiż mhux biss li jistqarr l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà ta’ min iħaddem iżda wkoll li jiddelimita l-konfini tas-sistema ta’ responsabbiltà minima li dan ta’ l-aħħar huwa suġġett, bħala debitur ta’ l-obbligu ta’ sigurtà, meta jinqalgħu inċidenti ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema.

67.      Ma jidhrux determinanti f’dan is-sens tant id-dispożizzjonijiet ta’ wara. Artikolu 5(2) u (3), iżda aktar dak li hemm stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4, ta’ l-Artikolu 5(4).

68.      Fil-fatt, għalkemm jirreferu speċifikament għall-kunċett ta’ responsabbiltà, id-dispożizzjonijiet li hemm f-Artikolu 5(2) u (3) jistgħu jiġu interpretati bħal regoli intiżi li jikkjarifikaw in-natura u l-firxa ta’ l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 5(1), li jikkonferma li hu mhux trasferibbli ghal persuni differenti minn dak li jħaddem, li fuqhom, skond id-delega ta’ dan ta’ l-aħħar (Artikolu 5(2)) jew bi previżjoni espressa tal-liġi (Artikolu 5(3)), jaqgħu piżijiet speċifiċi fis-suġġett ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ ħarsien u prevenzjoni jew, b’mod aktar ġenerali, tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dawn id-dispożizzjoni huma limitati barra dan li jfakkru r-responsabbiltà (jew aħjar l-obbligi) ta’ min iħaddem b’riferenza biss għall-attività ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti adatti sabiex jikkawżaw ħsara l-interess ġuridiku mħares.

69.      Bil-kontra, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) jirreferi espressament għas-sistema ta’ responsabbiltà ta’ min iħaddem għall-konsegwenzi ta’ inċidenti ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema.

70.      Meta tinterpeta bil-kontra dak li hemm fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas jirriżulta neċessarjament ikkonfermat il-prinċipju li jgħid li l-Istati Membri m’għandhomx kompetenza li jeskludu jew jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem għal danni li jirriżultaw minn fatti jew inċidenti mhux inklużi fil-każistika deskritta fil-lista deskritta minn din id-dispożizzjoni.

71.      Mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas jidher effettivament jirriżulta l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jissuġġerixxi linji ta’ mudell komuni ta’ responsabbiltà tad-dannu għas-saħħa tal-ħaddiema, mudell li jidher mad-daqqa t’għajn li jitbiegħed mill-proċessju ta’ ħtija u jersaq pjuttost għal dak ta’ responsabbiltà espressa f’termini oġġettivi.

72.      Madankollu għandu jiġi verifikat aktar fil-fond il-korrettezza ta’ din l-interpretazzjoni, sostnuta b’saħħa mill-Kummissjoni.

73.      F’dan ir-rigward, naħseb li huwa fl-ewwel lok xieraq li jiġi ċċarat li interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas illi jokkonstata li r-responsabbiltà oġġettiva ta’ min iħaddem bħala parti mis-sistema Komunitarja ta’ ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol jista’ jiġi ġġustifikat, fil-fehma tiegħi, biss abbażi ta’ interpretazzjoni f’dan is-sens ta’ l-Artikolu 5(4).

74.      It-teżi tal-Kummissjoni li tgħid li din l-interpretazzjoni tkun possibbli diġà abbażi ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas ma jidhirlix li nista’ naqbel magħha.

75.      Fil-fatt, kif issemma qabel, din l-aħħar dispożizzjoni tillimita li tikkonferma l-obbligu ta’ garanzija li huwa impost fuq min iħaddem, li jinftiehem prinċipalment bħala obbligu preventiv, mentri ma jsemmi xejn fuq ir-responsabbiltà li hija imposta fuq il-persuna obbligata fl-ipoteżi meta jseħħ l-inċident li jagħmel ħsara ta’ l-interess imħares permezz ta’ dan l-obbligu.

76.      Huwa ċertament veru li din id-dispożizzjoni għandha, impliċitament, anki regola relattiva għar-responsabbilità, peress li l-impożizzjoni ta’ obbligu mingħajr il-previżjoni ta’ xi forma ta’ responsabbiltà fil-każ ta’ inosservanza ta’ l-istess inaqqas inevitabbilment id-dispożizzjonijiet li jikkonfermaw dan l-obbligu għal sempliċi dikjarazzjonijiet programmatiċi, fejn, iżda, in-natura preskrittiva ta’ l-obbligi previsti mid-Direttiva qafas tirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 4(1), li jimponi lill-Istati Membri li “għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li min iħaddem (…) ikunu soġġetti għad disposizzjonijiet legali meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva”.

77.      Madankollu, kuntrarjament għal dak sostnut mill-Kumissjoni, jidhirli diffiċli, anki jekk wieħed jitbiegħed mit-test propju ta’ din id-dispożizzjoni sabiex tinterpretha fid-dawl tal-kuntest li fiha qegħda, li jista’ jingħad li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, meta jagħmel espressament obbligu ġuridiku fuq persuna, kien intenzjonat ukoll, impliċitament, lj jattribwixxi lill-istess persuna responsabbiltà aktar wiesgħa minn dik li għandha x’taqsam ma’ l-eventwali inosservanza ta’ dan l-obbligu. Fi kliem ieħor, ma naħsibx li minn dak stabbilit f’din id-dispożizzjoni li jista’ jiġi konkluż li min iħaddem huwa suġġett għal obbligu, ta’ natura essenzjalment preventiva, u, fl-istess ħin, għal sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva − u għalhekk indipendenti mir-responsabbilità tal tal-persuna taħt obbligu għal kull ħtija jew traskuraġni meta jittieħu l-miżuri ta’ prevenzjoni − għal inċidenti li jikkawżaw ħsara lill-interess ġuridiku li huwa intiż li jiġi mħares permezz ta’ l-impożizzjoni ta’ l-imsemmi obbligu.

78.      Jibqa’ għalhekk li jiġi vverifikat jekk it-teżi tal-Kummissjoni, li abbażi tagħha d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas jobbligaw lill-Istati Membri li jissuġġettaw lil min iħaddem għal sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva fil-każ ta’ inċidenti ta’ ħsara lis-saħħa tal-ħaddiema, jista’ jiġi bbażat biss fuq l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), ta’ din id-Direttiva.

79.      Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, id-Direttiva qafas “ma għandhiex tillimita l-għażla ta’ l-Istati Membri milli jipprovdu għall-esklużjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbilità ta’ min iħaddem fejn l-okkorrenzi jkunu dovuti” għal ċirkustanzi determinati jew inċidenti.

80.      Fil-fehma tiegħi, diversi elementi, ibbażati kemm fuq interpretazzjoni litterali kif ukoll storika tad-dispożizzjoni in eżami, huma kontra interpretazzjoni ta’ l-istess fis-sens issuġġerit mill-Kummissjoni.

81.      Fl-ewwel lok, l-ifformular tad-dispożizzjoni jidhirli diffiċlment li jaqbel mas-sinjifikat u l-funzjoni li għandu x’jaqsam mar-regola li għandha, kieku kellha tiġi interpretata fis-sens mitlub mill-istituzzjoni.

82.      F’dan il-lat, il-frażi “din id-Direttiva ma għandhiex tillimita l-għażla ta’ l-Istati Membri” tidher ddestinata li ddaħħal spjegazzjoni dwar il-firxa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva - u, kosegwentement, dwar il-marġni ta’ manuvra li ghandhom l-Isati Membri fit-traspożizzjoni ta’ l-istess fid-dritt nazzjonali - aktar milli tibbaża, abbażi ta’ interpretazzjoni kuntrarja tad-dispożizzjoni in eżami, l-obbligu min-naħa ta’ dawn ta’ l-aħħar, la espressament u lanqas impliċitament maħsub mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ l-istess Direttiva, li jipprevedi fil-leġiżlazzjonijiet relattivi tagħhom sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva ta’ min iħaddem.

83.      Fit-tieni lok, il-possibbiltà li tinterpreta d-dispożizzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), fis-sens mixtieq mill-Kummissjoni jħalli wisgħa wkoll għal dubji dwar it-teknika leġiżlattiva li jkun uża l-leġiżlatur Komunitarju.

84.      Jidher, fil-fatt, ftit plawsibbli, li l-għażla favur il-prinċipju tar-responsabbiltà oġġettiva ta’ min iħaddem fil-kuntest tas-sistema Komunitarja ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll l-armonizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ responsabbiltà li minn din l-għażla tirriżulta għandhom jiġu konklużi bil-kontra minn dispożizzjoni li hija limitata, espliċitament, li tagħti d-dritt lill-Istati Membri li jillimitaw jew jeskludu r-responsabbiltà ta’ min iħaddem f’ipoteżi partikolari. Dan il-metodu ta’ proċedura tal-leġiżlatur Komunitarju jidher aktar anqas palwsibbli jekk tikkunsidra li wħud mill-Istati Membri, bħal per eżempju r-Renju Unit, għandhom ftit għarfien ma’ forom ta’ responsabbiltà mingħajr ħtija.

85.      Fit-tielet lok, il-firxa ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas tirriżulta bil-bosta mibdula minn argumenti interpretattivi meħuda mill-oriġini ta’ din id-dispożizzjoni.

86.      F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-inkartament li l-Artikolu 5(4) iddaħħal fit-test tad-Direttiva qafas sabiex jilqa’ t-tabliet li saru mid-delegazzjonijiet Brittanika u Irlandiża waqt id-dibattitu li sar fi ħdan il-Kunsill dwar il-proġett tad-Direttiva qafas.

87.      B’mod partikolari, jirriżulta mid-dokumentazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit, dwar il-laqgħa tal-21 u 22 ta’ Ġunju 1998 tal-grupp tax-xogħol fuq il-kwistjonijiet soċjali, li f’din l-okkażjoni d-delegazzjonijiet Brittanċi kienu qajmu l-kwistjoni tal-problemi li t-traspożizzjoni tad-Direttiva kienet ser toħloq fil-pajjiżi rispettivi meta d-dispożizzjonijiet ta’ din ta’ l-aħħar, meta jipprevedu l-obbligi imposti fuq min iħaddem, kienu ser iżommu l-ifformular riġidu propost mill-Kummissjoni.

88.      Fis-sustanza dawn l-Istati Membri sostnew li fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema l-Qrati Brittaniċi u Irlandiżi, kuntrarjament għas-sistemi ta’ dritt ċivili, m’għandhom ebda marġni ta’ flessibbiltà fl-interpretazjoni tal-liġi miktuba. Għalhekk l-ifformulat f’termini assoluti tal-biċċa l-kbira ta’ l-obbligi imposti fuq min iħaddem aċċettata fl-abbozz ta’ Direttiva kienet ser tagħmel wisq riġida l-applikazzjoni tagħha fil-pajjiżi ta’ common law tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kwadru. Huwa ssuġġerew għalhekk id-dħul tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-abbozz ta’ Direttiva ta’ klawżola ta’ flessibbiltà tat-tip SFAIRP, li ġà kienet fl-imsejħa Direttivi ta’ “l-ewwel ġenerazzjoni”.

89.      Fost is-soluzzjonijiet possibbli meħuda in kunsiderazzjoni sabiex jissodisfaw l-eżiġenzi espressi mid-delegazzjonijiet Brittaniċi u Irlandiżi(10), ġie deċiż li jagħżlu d-dħul tal-klawżola ġenerali li ħadet il-forma ta’ l-Artikolu 5(4).

90.      Fir-rikors, il-Kummissjoni tfakkar li f’dikjarazzjoni magħquda tal-Kunsill u l-Kummissjoni, imniżżla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989, ġie spjegat li l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas kellu l-għan li “jikkontribwixxi li jsolvi l-problemi ġuridiċi tal-pajjiżi ta’ dritt Anglosassonu” u li dan ma ġġustifikax, meta ssir it-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, “derogi għal-livell Komunitarju ta’ ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema”.

91.      L-Artikolu 5(4), għalhekk iddaħħal fid-Direttiva qafas bħala riżultat tad-dibattitu li sar fi ħdan il-Kunsill dwar il-metodu li bih jissolvew il-problemi li l-ifformular f’termini assoluti ta’ l-obbligu ta’ min iħaddem tas-sigurtà kien għamel fis-sistemi ta’ common law, ikkunsidrat l-obbligu li tiġi interpretata testwalment il-liġi miktuba li huwa impost fuq il-Qrati f’dawn il-leġiżlazzjonijiet.

92.      Isegwi li, anki fid-dawl ta’ argumenti meħuda mill-proċess leġiżlattiv tad-Direttiva qafas, jirriżulta diffiċli tattribwixxi lid-dispożizzjoni li hemm fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), it-tifsira li riedet il-Kummissjoni.

93.      Fl-aħħar nett għandu inċidentalment jiġi osservat li t-teżi ta’ l-istituzzjoni rikorrenti tidher ukoll li tiltaqa’ ma’ limiti wkoll fil-bażi ġuridika tad-Direttiva qafas, li ma jirriżultawx fil-fatt effetti evidenti jekk abbażi ta’ l-Artikolu 118 A tat-Trattat KE − li dan jipprevedi biss l-adozzjoni, permezz ta’ Direttivi, ta’ “regoli minimi applikabbli gradwalment” − il-leġiżlatur Komunitarju kien ikun awtorizzat li jipproċedi għal armonizzazzjoni ta’ sistemi ta’ responsabbiltà fis-seħħ fl-Istati Membri.

94.      L-elementi kollha kkunsidrati fil-punti 80 sa 92 supra, jekk minn naħa jwasslu sabiex tiġi miċħuda t-teżi interpretattiva sostnuta mill-Kummissjoni, min-naħa l-oħra jippermettu li titressaq u taċċetta interpretazzjoni differenti ta’ l-ewwel subparagrafu Artikolu 5(4), tad-Direttiva qafas.

95.      L-oriġini tad-dispożizzjoni in eżami tippermetti, b’mod partikolari, li tifhem f’liema mod din id-dispożizzjoni toqgħod fil-kuntest ta’ l-Artikolu 5 u kif tirrelata ma’ din b’mod partikolari mas-subinċiż 1 ta’ dan l-Artikolu.

96.      Jirriżulta fil-fehma tiegħi minn dak li ngħad qabel dwar il-proċess leġiżlattiv tad-Direttiva qafas li l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), iddaħħal fil-korp ta’ din id-Direttiva sabiex tiġi kkjarifikata l-firxa ta’ l-obbligu ta’ min iħaddem ta’ sigurtà fstabbilita fl-Artikolu 5(1) (11), u, għalhekk, l-estensjoni tar-responsabbiltà li ġejja mill-inosservanza eventwali. Din l-ispjegazzjoni tiġri b’mod partikolari permezz ta’ l-identifikazzjoni u d-definizzjoni espliċita tal-każijiet li fihom inċident speċifiku, li huwa ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema, u l-konsegwenzi tiegħu m’għandhomx x’jaqsmu ma’ traskuraġni fl-obbligu ta’ sigurtà u mhumiex għalhekk attribwiti lil min iħaddem bħala ħtija.

97.      F’dan is-sens l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5( 4), jikkostitwixxi tip ta’ klawżola interpretattiva ta’ l-Artikolu 5(1).

98.      Għalkemm ibbażata fuq l-eżiġenza li tinterpreta d-dispożizzjoni in eżami b’mod koerenti, ma’ l-għan li ngħata mil-leġiżlatur Komunitarju, kif jirriżulta mix-xogħlijiet preparatorji tad-Direttiva qafas, it-teżi interpretattiva li hija mressqa hawn fuq tirriużlta kkonfermata minn elementi meħuda mis-sens litterali ta’ din id-dispożizzjoni, li diġà hija murija fil-paragrafu 82 ’il fuq.

99.      Hemm bżonn f’dan il-punt li jiġi vverifikat jekk din it-teżi ssibx ukoll konferma fl-interpretazzjoni sistematika ta’ l-Artikolu 5(1).

100. Diġà ngħad li din id-dispożizzjoni tikkonferma l-obbligu li huwa impost fuq min iħaddem li jiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Għandu f’dan il-punt jiġi definit fil-konkret il-kontenut u l-firxa ta’ dan l-obbligu, ifformulat, kif intwera, f’termini assoluti.

101. F’dan ir-rigward, jien naqbel mal-partijiet li din id-definizzjoni għandha tinstab fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva qafas, u, b’mod partikolari, ta’ l-Artikolu 6 tiegħu, li jiddefinixxi l-obbligi ġenerali ta’ min iħaddem, għalkemm xi indikazzjonijiet f’dan ir-rigward, jidhirli li jistgħu diġà jittieħdu mill-qari tat-test ta’ l-Artikolu 5(1).

102. Fl-ewwel lok jidhirli li huwa ċar li din id-dispożizzjoni timponi lill-persuna obbligat aġir pożittiv, li jikkonsisti f’li jiġu adottati miżuri intiżi sabiex jinkiseb l-għan ta’ ħarsien ta’ l-interess ġuridiku normattiv identifikat fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

103. Fit-tieni lok, peress li l-obbligu in kwistjoni jikkonsisti li “jiggarantixxi” l-ħarsien ta’ dan l-interess, dawn il-miżuri għandhom ikunu adegwati u suffiċjenti għal dan il-għan. Fi kliem ieħor, minħabba l-ifformular ta’ dak li hemm stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, l-obbligu mħares minn din id-dispożizzjoni fuq min iħaddem jimplika, fil-fehma tiegħi, l-adozzjoni ta’ kull xorta ta’ miżura li tkun meħtieġa sabiex tiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f’kull aspett konness max-xogħol.

104. Din il-konklużjoni tirriżulta barra dan ikkonfermata mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva qafas, li fit-termini tagħha “fi ħdan il-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għas-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema (…)”.

105. Fit-tielet lok, l-għan ta’ ħarsien intiż mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas jimponi li tinterpreta l-obbligu impost fuq min iħaddem b’mod essenzjalment preventiv. Dan l-obbligu jkun ifisser, minn naħa, li tipprevedu u tevalwa r-riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema maħluqa mill-attività ta’ impriża u, min-naħa l-oħra, li tiddetermina u tieħu minn qabel il-miżuri neċessarji preventivi.

106. L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva qafas jispjega l-kontenut ta’ l-obbligi preventivi li huma imposti fuq min iħaddem fis-sens li għadu kemm ġie spjegat. Bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni min iħaddem għandu “ikun fil-pussess ta’ stima tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol, inklużi dawk li jiltaqgħu magħhom gruppi ta’ ħaddiema esposti għal riskji partikolari” [Artikolu 9(1)(a)] u “jiddeċiedi fuq il-miżuri ta’ protezzjoni li għandhom jittieħdu u, fejn ikun hemm bżonn, it-tagħmir protettiv li għandu jintuża” [Artikolu 9(1)(b)].

107. Bl-istess mod, meta jelenka l-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni li bihom tiġi mogħtija konkretezza l-obbligu ta’ min iħadddem ta’ ħarsien, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva qafas jiddisponi li l-miżuri li ttieħdu minn min iħaddem għandhom b’mod partikolari jiġi mmirati għall-“l-evitar ta’ riskji” (Artikolu 6(2)(a)), “l-evalwar tar-riskji li ma jkunux jistgħu jiġu evitati” (Artikolu 6(2)(b)), “il-ġlieda kontra r-riskji mis-sors” (Artikolu 6(2)(c)), “żviluppar ta’ polza [politika] ta’ prevenzjoni 9[…]0” (Artikolu 6(2)(g)).

108. Fir-raba’ lok, peress li l-progress tekniku u l-iżvilupp tas-sistemi ta’ produzzjoni li jistgħu jwasslu kemm għall-okkorrenza ta’ riskji ġodda għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kif ukoll għad-diversifikazzjoni u għall-perfezzjonar tal-miżuri ta’ ħarsien, l-obbligu ta’ min iħaddem għandu jkun interpretat fis-sens dinamiku u jfisser adattament adegwat fiċ-ċirkustanzi adattati li jolqot il-kwantità u l-entità tar-riskji li għalihom huma suġġetti l-ħaddiema kif ukoll l-effikaċja tal-miżuri neċessarji sabiex jiġu evitati jew limitati dawn ir-riskji.

109. F’dan is-sens, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva qafas jippreċiża li min iħaddem meta jadotta l-miżuri ta’ prevenzjoni għandu “addattazzjoni għall-progress tekniku” (Artikolu 6(2)(e)).

110. Jirriżulta, fl-aħħar nett, mill-proċessji ġenerali ta’ prevenzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2)(b) – li, kif intwera, jimponi lil min iħaddem l-“evalwar tar-riskji li ma jkunux jistgħu jiġu evitati” u (f) tad-Direttiva qafas – li abbażi tagħha min iħaddem huwa obbligat għall-“bdil tal-perikoluż ma’ dak li mhux perikoluż jew anqas perikoluż” – li l-obbligu ġenerali ta’ ħarsien previst mill-Artikolu 5(1) ma jestendix sa li timponi lil min iħaddem li jagħmel minn qabel l-ambjent tax-xogħol nieqes minn kull riskju.

111. L-elementi ta’ analiżi esposti fil-punti 102 sa 110 aktar ’il fuq jippermettu li jiġi konkluż li, fis-saħħa ta’ l-obbligu ta’ sigurtà ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, min iħaddem huwa marbut li jipprevjeni jew jillimita, fil-miżura tal-possibbli u kkunsidrat il-grad ta’ żvilupp tat-teknika, ir-riskji kollha għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema prevedibbli.

112. Tradott f’termini ta’ responsabbiltà, dak affermat ’il fuq jimplika li jkunu attribwiti lil min iħaddem kemm li l-okkorrenza ta’ riskju prevedibbli u evitabbli għas-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll il-konsegwenzi ta’ inċidenti li jikkostitwixxu l-konkretizzazzjoni ta’ dawn ir-riskji, peress li f’dawn il-każijiet jirrigwarda r-riżultat ta’ ksur ta’ l-obbligu ta’ sigurtà kif imfisser hawn fuq.

113. Viċiversa, ma jkunx imputabbli bis-saħħa ta’ dan lil min iħaddem la l-okkorrenza ta’ riskji imprevedibbli u/jew inevitabbli la l-konsegwenzi ta’ inċidenti li dawn ir-riskji jikkostitwixxu t-twettiq fir-realtà.

114. Issa, l-ipoteżijiet ta’ nuqqas ta’ ħtija deskritti ’il fuq ikopru l-każijiet maħsuba fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), tad-Direttiva qafas, waqt li l-ipoteżijiet ta’ responsabbilità deskritti fil-punt 112 ’il fuq jikkorrispondu għal każijiet li dwarhom din id-dispożizzjoni, interpretata bil-kontra, teskludi d-dritt ta’ l-Istati Membri li jipprevedu l-esklużjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem.

115. It-teżi mressqa fil-punt 96 ’il fuq tirriżulta għalhekk ikkonfermata mill-interpretazzjoni sistematika ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas.

116.  Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha li saru qabel isegwi l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jfisser il-firxa tar responsabbiltà ta’ min iħaddem li ġejja minn nuqqas ta’ osservanza ta’ l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà previst mill-Artikolu 5(1).

117. Kuntrarjament għal dak sostnut mill-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni ma tippermettix għalhekk, la interpretata waħedha u lanqas flimkien ma’ l-Artikolu 5(1), li tisqarr li d-Direttiva qafas riedet tistabbilixxi r-responsabbiltà oġġettiva ta’ min iħaddem.

118. Għalkemm definita f’termini partikolarment wiesgħa, ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem li tirriżulta mill-Artikolu 5(1) u (4), ta’ din l-imsemmija Direttiva hija iżda responsabbiltà għal ħtija, li hija konsegwenza ta’ l-inosservanza ta’ l-obbligu ta’ sigurtà li huwa impost fuq min iħaddem.

119. Din il-konklużjoni mhijiex imwaqqfa’ mill-ifformular ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(4), f’termini ta’ sempliċi dritt ta’ l-Istati Membri li jeskludu jew jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem fil-każijiet previsti minn din id-dispożizzjoni. L-għażla tal-leġiżlatur Komunitarju favur dan l-ifformular huwa spjegat mir-rieda li tħalli l-Istati Membri ħielsa li jissuġġetaw lil min iħaddem għal responsabbiltà aktar wiesgħa mqabbel ma’ dak li jirriżulta mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas, responsabbiltà jiġiferi li hija estiża li tkopri kull inċident ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema, anki meta ebda negliġenza fit-teħid tal-miżuri ta’ prevenzjoni hija tort ta’ min iħaddem. F’dan is-sens għandha, fil-fehma tiegħi, tinftiehem il-preċiżazzjoni ulterjuri li hemm fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5( 4), li abbażi tagħha “Ma hemmx bżonn li l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu”.

120. Abbażi tal-konklużjonijiet li wasalt għalihom fuq l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, ngħaddi sabiex neżamina l-validità tal-kontestazzjonijiet imressqa mill-Kummissjoni f’dan ir-rikors.

3.      Fuq l-allegat ksur ta’ l-Artikolu 5(1) u (4) tad-Direttiva qafas min-naħa tar-Renju Unit.

121. Fid-dawl ta’ dak li spjegajt s’issa, naħseb li l-argumenti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas.

122. Għalkemm fil-fehma tiegħi din il-konstatazzjoni hija suffiċjenti sabiex jiġi miċħud ir-rikors, jidhirli li huwa opportun li nagħmel xi riflessjoni ulterjuri fl-ipoteżi li l-Qorti, għalkemm taqbel ma’ l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet suġġeriti minni, li kellha tqis li hu neċessarju li tkompli bl-eżami tar-rikors u tevalwa, fid-dawl ta’ din l-interpetazzjoni, jekk kienx hemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkontestat lir-Renju Unit.

123. Fin-noti tiegħu ta’ osservazzjonijiet, l-Istat Membru konvenut diversi drabi enfasizza li l-inosservanza ta’ l-obbligi li t-Taqsima 2 tal-HSW Act tagħmel fuq min iħaddem hija kkastigata kriminalment. Skond dan l-Istat Membru, l-għażla tal-leġiżlatur Brittanniku favur responsabbiltà kriminali għal ksur ta’ l-obbligi ta’ prevenzjoni li huma imposti fuq min iħaddem tassigura sistema aktar effiċjenti ta’ ħarsien u hija perfettament kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas, li din ma timponix fuq l-Istati Membri l-previsjoni ta’ forma partikolari ta’ responsabbiltà sabiex jiġi kkastigat dan il-ksur. Ir-Renju Unit isostni, madankollu, li l-interpretazjoni ta’ l-Artikolu 5 (1) u (4) ta’ l-imsemmija Direttiva proposta mill-Kummissjoni, jekk tkun aċċettata mill-Qorti, timponi fuq il-leġiżlatur Brittanniku li jabbanduna din l-għażla, peress li ma jistax ikun hemm responsabbiltà kriminali oġġettiva.

124. F’dan ir-rigward, naħseb li hemm bżonn jiġi ppreċiżat li d-Direttiva qafas, barra li ma timponix fuq l-Istati Membri l-adozzjoni ta’ forma partikolari ta’ responsabbiltà, kif korrettament muri mir-Renju Unit, lanqas ma teħtieġ identità ta’ estensjoni tad-diversi forom ta’ responsabbiltà, ċivili, kriminali jew xorta oħra, maħsuba fil-leġiżlazzjoni nazzjonali individwali.

125. Fi kliem ieħor, jekk bis-saħħa tad-Direttiva qafas l-Istati Membri huma marbuta li jipprevedu sistema ta’ responsabbiltà ta’ min iħaddem konformi mal-mudell li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dawn ta’ l-aħħar huma ħielsa kemm li jagħżlu l-forma ta’ din ir-responsabbilità kif ukoll li jipprevedu forom ulterjuri ta’ responsabbiltà eventwalment anqas wiesgħa mqabbel ma’ dak stabbilit f’dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk fil-fehma tiegħi mhijiex kritikabbli l-għażla ta’ Stat Membru li jipprevedi responsabbiltà ċivili ta’ min iħaddem fil-każ ta’ inosservanza ta’ l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà kif fuq interpretat u, fl-istess ħin, forma ta’ responsabbiltà kriminali limitata, per eżempju, għall-ksur biss ta’ obbligi aktar speċifiċi tal-leġiżlazzjoni kontra l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

126. Isegwi li l-klawżola kontroversjali f’din il-kawża mhijiex kritikabbli jekk għandu jiġi konkluż li din il-klawżola tiddetermina, iva, responsabbiltà ta’ min iħaddem anqas wiesgħa minn dik li għandu jiġi deċiż li hija imposta mid-Direttiva qafas, iżda li hija tirrestrinġi biss din ir-responsabbiltà fil-kamp kriminali u li l-leġiżlazzjoni Britannika taħseb għal forma ta’ responsabbiltà ċivili ta’ min iħaddem li l-estensjoni tiegħu tikkorrispondi iżda fis-sħiħ għal sistema ta’ responsabbiltà li riedet id-Direttiva.

127. Issa, jekk inhu veru li fis-sistema Britanniku r-responsabbiltà ċivili ta’ min iħaddem hija maħsuba biss għal ksur ta’ obbligi speċifiċi previsti fuq min iħaddem minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi għal inosservanza ta’ l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà stabbilita fit-Taqsima 2(1) tal-HSW Act(12), jirriżulta mandankollu mill-inkartament li teżisti fil-common law forma ta’ responsabbiltà ċivili ta’ min iħaddem għal inosservanza tad-dmir ta’ diliġenza fil-konfront tal-ħaddiema tiegħu.

128. B’koerenti mal-premmessa li fuqha tibbaża l-Kummissjoni dwar in-natura oġġettiva tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem meħtieġa fid-Direttiva qafas, din il-forma ta’ responsabilità ma kinitx eżaminata fil-kuntest tar-rikors.

129. Fl-ipoteżi li fiha l-Qorti, għalkemm taqbel ma’ l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) u (4) ta’ din id-Direttiva li wasalt għaliha f’din l-analiżi, ma tikkunsidrax li hu suffiċjenti sabiex tiċħad ir-rikors il-konstatazzjoni biss ta’ l-iżball ta’ interpretazzjoni li iżda tagħmel il-Kummissjoni, u tiddeċiedi għalhekk li għandha tkompli bl-analiżi tar-rikors, l-evalwazzjoni korretta tal-pożizzjoni tar-Renju Unit ma tistax, fil-fehma tiegħi, titbiegħed milli teżamina jekk ir-responsabbiltà ċivili li għaliha huwa suġġett min iħaddem fil-common law hijiex wiesgħa għall-inqas bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas. Fil-każ affirmattiv, fil-fatt, in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat mill-Kummissjoni ma jeżistix.

130. Fil-fatt, skond il-ġurisprudenza, it-traspożizzjoni ta’ Direttiva fid-dritt nazzjonali ma jenħtieġx neċessarjament ikkuppjar formali u litterali tad-dispożizzjonijiet tiegħu f’regola ta’ liġi espressa u speċifika, u tista’ tiġi realizzata f’sitwazzjoni ġuridika ġenerali, sakemm din ta’ l-aħħar tiggarantixxi effettivament l-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva b’mod suffiċjentement ċar u preċiż(13).

131. F’dan ir-rigward, wieħed irid ifakkar, li, fil-kuntest ta’ rikors magħmul skond l-Artikolu 226 KE, huwa dmir tal-Kummissjoni li turi l-eżistenza ta’ allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, u li tressaq quddiem il-Qorti l-elementi neċessarji għall-verifika minnha ta’ l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, mingħajr ma l-Kummissjoni ma tkun tista’ tibbaża ruħha fuq preżunzjoni kwalunkwe(14).

132. Għal dawn il-motivi kollha spjegati, naħseb li, jekk il-Qorti, għalkemm taqbel ma’ l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) u (4) ta’ din id-Direttiva li ssuġġerejt tiddeċiedi madankollu li m’huwiex suffiċjenti sabiex tiċħad ir-rikors il-konstatazzjoni biss ta’ l-iżball ta’ interpretazzjoni li għamlet il-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar għandha madankollu tiġi miċħuda għaliex hija bbażata fuq analiżi insuffiċjenti tas-sistema Britannika sabiex tevalwa l-konformità ma’ dak li teħtieġ id-Direttiva qafas.

133. Il-konklużjonijiet li wasalt għalihom jitliqu mill-premessa, spjegata fil-punti 57 − 59 aktar ’il fuq, li r-rikors huwa intiż li jikkontesta l-leġittimità tal-klawżola SFAIRP biss taħt il-lat ta’ l-addattament tiegħu li jirrestrinġi l-estensjoni tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem għall-konsegwenzi li jirriżultaw minn inċidenti ta’ ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema fis-sens kuntrarju għal dak dispost mill-Artikolu 5(1) u (4), tad-Direttiva qafas.

134. Huwa għalhekk b’mod għal kollox subordinat, u biss fl-ipoteżi li fiha l-Qorti tiddeċiedi li tinterpreta r-rikors bħala intiż li jsostni l-illeġittimità ta’ din il-klawżola anki peress li tista’ tillimita l-firxa ta’ l-obbligu ta’ min iħaddem stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, li neżamina wara dan fil-qosor il-fondatezza ta’ din il-kritika.

135. Ir-riflessjonijiet magħmula fil-punti 102 − 110 aktar ’il fuq, ippermettew li jiġi deskritti l-parametri ta’ l-obbligu ġenerali ta’ sigurtà kif jirriżultaw mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas, u mid-dispożizzjonijiet ta’ din ta’ l-aħħar li jikkontribwixxu sabiex jagħtu konkretezza lil dan l-obbligu.

136. Fil-punt 111 aktar ’il fuq ġie ddikjarat li bis-saħħa ta’ l-obbligu ta’ sigurtà previst mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas min iħaddem huwa obbligat li jipprevjeni jew jillimita, safejn hu possibbli u tenut kont tal-grad ta’ żvilupp tat-teknika, ir-riskji kollha għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema konkretament prevedibbli.

137. Dan ifisser, b’mod partikolari l-possibbiltà oġġettiva teknika li tneħħi jew tnaqqas riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema tikkostitwixxi l-parametru li abbażi tiegħu tiġi evalwata fil-konkret il-konformità ta’ l-aġir ta’ min iħaddem kif jirriżultaw mid-Direttiva qafas.

138. Issa, ir-riferiment fit-Taqsima 2(1) tal-HSW Act għall-kunċett ta’ “raġjonevolment prattikabbli”, peress li jdaħħal parametru ta’ evalwazzjoni ta’ kemm hija adegwata l-attività preventiva anqas rigoruża mqabbla mas-sempliċi possibbiltà teknika, huwa, fil-fehma tiegħi, inkompatibbli mal-firxa li għandha tiġi attribwita għall-obbligu ġenerali ta’ sigurtà previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva qafas.

139. It-test li l-Qrati Britanniċi huma marbuta li jagħmlu meta jevalwaw il-konformità ta’ l-aġir ta’ min iħaddem mat-Taqsima 2(1) tal-HSW Act jimplika ġudizzju li jmur ’il hinn milli jistabbilixxi l-possibbiltà li tiġi prevenuta l-okkorrenza ta’ riskju jew li tillimita d-daqs tiegħu abbażi tal-possibbiltajiet offerti mit-teknika u tippermetti (rectius timponi), anki għal riskji li konkretament jistgħu jitneħħew, li jitħaddem bilanċ bejn l-ispejjeż, mhux biss f’termini ekonomiċi, tal-miżuri tal-prevenzjoni, minn naħa, u s-serjetà u l-firxa tad-danni li jistgħu jinħolqu għas-saħħa tal-ħaddiema min-naħa l-oħra.

140. Issa, din l-analiżi spejjeż-benefiċċji − anki aċċettat li, kif enfasizzat mir-Renju Unit, diffiċilment twassal, fil-prattika, għal riżultat favorevoli għal min iħaddem − ma jidhirlix li hi aċċettabbli abbażi tas-sistema Komunitarja ta’ ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, li jidher li tagħti prevalenza fis-suġġett tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, għall-ħarsien tal-persuna tal-ħaddiem fuq dik ta’ l-inizjattiva ekonomika(15).

141. Isegwi li, jekk il-Qorti tinterpreta l-kritika fformulata mill-Kummissjoni fis-sens deskritt fil-punt 134 ’il fuq, ir-rikors għandu fil-fehma tiegħi jiġi milqugħ.

VI – Fuq l-ispejjeż

142. Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.

143. Peress li nissuġġerixxi li l-Qorti għandha tiċħad tiċħad ir-rikors, u peress li r-Renju Unit talab li r-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż, naħseb li dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu mħallsa mill-Kummissjoni.

VII – Konklużjonijiet

144. Għar-raġunijiet kollha spjegati hawn fuq nissuġġerixxi lill-Qorti li tiddikjara li:

–        Ir-rikors għandu jiġi miċħud.

–        Il-Kummissjoni għandha tiġi kkundannata tbati l-ipejjeż.


1 – Lingwa oriġinali: it-Taljan.


2 – ĠU L 183, paġ. 1.


3 – ĠU C 28, paġ. 3.


4 – S’issa ġew adottati dsatax-il Direttiva individwali abbażi ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva qafas.


5 – Fuq l-għażla tal-bażi ġuridika adatta għar-regolamentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi tas-settur taħt eżami, ara s-sentenza tat-12 ta’ Novembru 1996, Renju Unit vs Il-Kunsill (C-84/94, Ġabra p. I‑5755).


6 – Ara l-punt 2, iktar ’il fuq.


7 – Jirriżulta mill-inkartament li l-ostakli għar-rikonoxximent tar-responsabbiltà ċivili ta’ dawk li jħaddmu ghal ksur ta’ obbligi speċifiċi ġejjin minn dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kienu ġew definittivament imneħħija, b’emenda tal-Management of Health and Safety at Work Regulations li daħlet fis-seħħ fit-23 ta’ Ottubru 2003.


8 – Dispożizzjonijiet korrispondenti għat-Taqsima 2(1) u (2) tal-HSW Act qegħdin fit-Taqsima 4(1) u (2) tal-Health and Safety at Work (Northern Ireland) Act ta’ l-1978.


9 – Il-korsiv huwa tiegħi.


10 – Dawn is-soluzzjonijiet kienu jikkonsistu f’dikjarazzjoni magħquda tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-previżjoni ta’ klawżola ġenerali tat-test tad-Direttiva jew id-dħul ta’ klawżola speċjali fid-dispożizzjonijiet diversi ta’ l-istess, mentri l-possibbiltà li jiġi adottat ifformular differenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva qafas fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi, soluzzjoni adottata f’xi konvenzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol, ġiet imwarrba sa mill-bidu.


11 – F’dan is-sens jidher ukoll li interpretatha anki l-Kummissjoni fil-mument tad-dħul tagħha fit-test tad-Direttiva. F’dikjarazzjoni bil-mitkub imniżżel fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989, u ċċitata fiil-punt 25 tar-rikors, il-Kummissjoni osservat li “ir-riferenza [li tidher fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva qafas] f’inċidenti eċċezzjonali, il-konsegwenzi jkunu madankollu inevitabbli, minkejja d-diliġenza osservata ma tista’ f’ebda każ tiġi interpretata fis-sens li hija tħalli lil min iħaddem liberu li jevalwa jekk il-miżuri għandhomx jiġi applikati, tenut kont taż-żmien, tad-diffikultà u ta’ l-ispejjeż li huma involuti”.


12 – Li biha, kif intwera, ir-responsabbiltà ċivili hija espressament eskluża mit-Taqsima 47(1) tal-HSW Act.


13 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑58/02, Ġabra p. I‑621, punt 26), u ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (C‑6/04, Ġabra p. I‑9017, punt 21).


14 – Ara s-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑287/03, Ġabra p. I‑3761, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).


15 – Diversi elementi f’dan is-sens jidhru mid-Direttiva qafas. Għandu jiġi kkunsidrat, b’mod partikolari, barra t-tlettax-il premessa invokata mill-Kummissjoni, għall-proċess stabbilit fl-Artikolu 6(2)(d), li jimponi li “jadatta x-xogħol għall-bniedem”.