Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza

(Kawża C-315/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n° 2 de Zaragoza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pilar Centeno Meléndez

Konvenuta: Universidad de Zaragoza

Domandi preliminari

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim-Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1 , hija applikabbli għal komplement ta’ remunerazzjoni għal żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali li titlob ir-rikorrenti, inkwantu huwa kundizzjoni ta’ xogħol, jew, għall-kuntrarju, huwa kunċett ta’ remunerazzjoni li jippreżenta l-karatteristiċi esposti f’dan id-digriet u li huwa relatat mal-kundizzjoni suġġettiva ta’ min jirċevih, miksub permezz ta’ xogħol imwettaq matul numru ta’ snin konformement ma’ kriterji ta’ kumplessità u responsabbiltà progressivi, stabbiltà, speċjalizzazzjoni u professjonalità?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, u fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan il-komplement huwa kundizzjoni ta’ xogħol fost dawk li għalihom tagħmel riferiment il-[klawżola] 4(1) tal-Ftehim-Qafas, dan għandu jitqies li huwa differenza fir-remunerazzjoni li hija ġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).