Language of document :

Appell ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2016 minn Capella EOOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-750/14 – Ivo-Kermartin GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-687/16 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Capella EOOD (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-7 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellanti kellha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________