Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2015 minn Westermann Lernspielverlag GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-333/13 – Westermann Lernspielverlag GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-482/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Westermann Lernspielverlag GmbH (rappreżentanti: A. Nordemann u M. C. Maier, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-333/13 tal-15 ta’ Lulju 2015,

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-kunsiderazzjoni ulterjuri,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż,

Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015, ma għadx għandha skop, minħabba l-fatt li t-trade mark tal-parti l-oħra li fuqha kienet ibbażata l-oppożizzjoni ġiet irrevokata fl-intier tagħha b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2013, li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li dan ir-rikors ma għadx għandu skop u li ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ,

ksur tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ xieraq u proċess ġust,

ksur tal-Artikolu 69(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja1 .

L-appellant huwa tal-fehma li d-dritt fundamentali tiegħu għal smigħ ma ġiex irrispettat mill-Qorti Ġenerali peress li (1) ir-registratur tal-Qorti Ġenerali informa lill-appellant fit-3 ta’ Lulju 2015 li s-sottomissjoni tiegħu – li biha informa lill-Qorti Ġenerali li t-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni ex tunc ma għadhiex teżisti - ma setgħetx tittieħed inkunsiderazzjoni u (2) li fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-15 ta’ Lulju 2015 ma ssemma bl-ebda mod il-fatt li t-trade mark tal-parti l-oħra li fuqha kienet ibbażata l-oppożizzjoni ma kinitx għadha teżisti meta l-Qorti Ġenerali tat is-sentenza.

L-appellant huwa tal-fehma li d-dritt fundamentali tiegħu ta’ proċess ġust ġie miksur mill-Qorti Ġenerali peress li (1) il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tal-appellant għas-sospensjoni tal-proċedura u konsegwentement injorat il-fatt li t-talba għal revoka mressqa mill-appellant fit-13 ta’ Ġunju 2013, kif ukoll it-talba għal kanċellament ibbażata fuq raġuni assoluta mressqa mill-appellant fil-5 ta’ Jannar 2015 kontra t-trade mark tal-parti l-oħra, huma mezzi leġittimi ta’ difiża li għandhom impatt dirett fuq l-eżitu ta’ dawn il-proċedimenti u (2) li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-appellant tat-12 ta’ Ġunju. L-appellant huwa tal-fehma li l-Qorti Ġenerali kisret Artikolu 69(ċ) u (d) tal-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali meta hija ċaħdet iż-żewġ talbiet tal-appellant ghas-sospensjoni tal-proċedura mingħajr ebda spjegazzjoni, minkejja li fiż-żewġ każijiet il-konvenut ma ressaq l-ebda oġġezzjoni kontra din is-sospensjoni tal-proċedura u l-appellant ta raġunijiet sostanzjali għala sospensjoni tal-proċedura kienet tidher neċessarja. L-appellant huwa tal-fehma li l-Qorti Ġenerali kisret Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja peress li hija wettqet żball ta’ liġi u għawġet fatti rilevanti tal-kawża peress li l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfuzjoni kienet ibbażata fuq trade mark li ġiet irrevokata fit-22 ta’ Mejju 2015, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2013, għalhekk qabel ma l-appellant ressaq il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Ġunju 2013, u qabel ma l-Qorti Ġenerali tat id-deċiżjoni tagħha. Konsegwentement, meta l-Qorti Ġenerali tat is-sentenza fil-15 ta’ Lulju 2015, it-trade mark Komunitarja Nru 003915121 tal-parti l-oħra, il-kelma/sinjal  INCLUDEPICTURE "../T-2013-0333/image002.png" \* MERGEFORMAT , la setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni u lanqas ma setgħu jsiru xi konklużjonijiet abbażi ta’ din it-trade mark. Fl-aħħar net

t, l-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk hija tikkonstata li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2015 ma ghadx baqalha skop, minħabba l-fatt li t-trade mark tal-parti l-oħra li fuqha l-oppożizzjoni kienet ibbażata ġiet irrevokata fl-intier tagħha b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2013, tiddikjara li dan ir-rikors ma għadx għandu skop u li ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni.

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 20

7/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)