Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-28 ta' Lulju 2011 - Blanka Soukupová vs Ministerstvo zemědělství

(Kawża C-401/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Blanka Soukupová.

Konvenut: Ministerstvo zemědělství.

Domandi preliminari

Nistgħu ninterpretaw il-kunċett ta' "eta' ta' irtirar", imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti 1, bħala "l-età neċessarja sabiex jinkiseb id-dritt għall-pensjoni tax-xjuħija" tal-applikant konkret skont id-dritt nazzjonali?

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li "l-eta' ta' irtirar" fil-mument tat-trasferiment tal-attività agrikola, tiġi ddeterminata b'mod differenti għall-applikanti individwali skont is-sess tagħhom u n-numru tat-tfal li rabbew, huwa konformi mad-dritt u mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-kriterji li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta' "eta' ta' irtirar" fil-mument tat-trasferiment tal-attività agrikola skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti?

____________

1 - Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391.