Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo – Sala Tercera Contencioso-Administrativo (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2014 – Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA) et vs Administración del Estado et

(Kawża C-470/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo, Sala Tercera Contencioso-Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA), Derechos de Autor de Medios Audiovisuales (DAMA) u Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (VEGAP)

Konvenuti: Administración del Estado, Asociación Multisectorial de Empresas de la Electrónica, las Tecnologías de la Información y la Comunicación, de las Telecomunicaciones y de los contenidos Digitales (AMETIC), Entidad de Gestión, Artistas, Intérpretes o Ejecutantes y Sociedad de Gestión de España (AIE), Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Sociedad General de Autores y Editores (SGAE), Centro Español de Derechos Reprográficos (CEDRO) u Artistas Intérpretes, Sociedad de Gestión (AISGE)

Domandi preliminari

Sistema ta’ kumpens ġust għal kopja privata li, filwaqt li tibbaża l-istima tagħha tal-ammont tal-kumpens fuq id-dannu effettivament ikkawżat, hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Istat, b’tali mod li ma huwiex possibbli li jiġi ggarantit li l-ispiża ta’ dan il-kumpens tiġi sostnuta mill-utenti ta’ kopji privati, hija konformi mal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 1 ?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-fatt li l-ammont totali allokat mill-baġit ġenerali tal-Istat għall-kumpens ġust għal kopja privata, minkejja li jkun ikkalkolat fuq il-bażi tad-dannu effettivament ikkawżat, għandu jiġi stabbilit fil-limiti baġitarji stabbiliti għal kull sena finanzjarja, huwa konformi mad-Direttiva 2001/29?

____________

1     Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1 p. 230)