Language of document :

Rikors ippreżentat fis‒16 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir‒Renju ta’ Spanja

(Kawża C-599/17)

Lingwa tal-kawża: l‒Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rius u T. Scharf, aġenti)

Konvenut: Ir‒Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja, billi ma adottatx, sat-3 ta’ Lulju 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392, tas-17 ta’ Diċembru 2015, dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament 2 , jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 fid-dritt intern skada fit-3 ta’ Lulju 2016.

____________

1  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, p. 1)

2  GU L 332, p. 126.