Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Paris (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2014 – David Van der Vlist vs Bio Philippe Auguste SARL

(Kawża C-432/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Van der Vlist.

Konvenuta: Bio Philippe Auguste SARL

Domanda preliminari

Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonli (l-Artikolu L. 1243-10 tal-Kodiċi tax-Xogħol Franċiż) li jeskludi liż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom, milli jibbenefikaw minn kumpens għall-prekarjetà dovut f’każ ta’ impjieg f’forma ta’ kuntratt għal żmien determinat li ma jkunx segwit minn offerta għal impjieg għal żmien indeterminat?