Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta' Mejju 2012 - Legris Industries SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-289/11 P) 

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Kumpannija parent u kumpannija sussidjarja - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Legris Industries SA (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Giolito, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta' Marzu 2011 - Legris Industries vs Il-Kummissjoni (T-376/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180 finali, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121) - Attrezzaturi) - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Ksur ta' dritt għal qorti indipendenti u imparzjali - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali, ta' responsabbiltà individwali u ta' individwalità tal-pieni - Żnaturament tal-provi

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Legris Industries SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 252, 27.08.2011