Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2011 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-485/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li billi stabbilixxiet taxxa addizzjonali li taffettwa l-operaturi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi permezz tal-Liġi Nru 2009-258, tal-5 ta' Marzu 2009, dwar il-komunikazzjoni awdjoviżiva 1, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi 2.

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, l-Kummissjoni tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 302 bis KH tal-Code général des impôts (Kodiċi ġenerali tat-taxxa), introdott permezz tal-Artikolu 33 tal-Liġi Nru 2009-258, tal-5 ta' Marzu 2009, dwar il-komunikazzjoni awdjoviżiva u servizz pubbliku ġdid tat-televiżjoni, mad-direttiva "awtorizzazzjonijiet" iċċitata iktar 'il fuq. Billi imponiet taxxa fuq l-impriżi li joperaw netwerk jew li jipprovdu servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi abbażi tal-awtorizzazzjoni ġenerali, il-konvenuta tikser b'mod partikolari l-Artikolu 12 tad-Direttiva. Il-Kummissjoni tikkontesta t-teżi tal-awtoritajiet nazzjonali li tgħid li dan l-artikolu jikkonċerna unikament it-taxxi li l-Istati jistgħu jimponu "taħt [abbażi]" tal-ħruġ ta' liċenzja jew ta' operazzjoni marbuta mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-operaturi tal-komunikazzjonijiet etettroniċi. Skont ir-rikorrenti, l-artikolu ċċitat iktar 'il fuq huwa effettivament intiż li jkopri kull forma ta' taxxa "amministrattiva", jiġifieri marbuta mal-ispejjeż kollha inkorsi għall-ġestjoni, għall-kontroll u għall-applikazzjoni tas-sistema ta' awtorizzazzjoni, u mhux biss dawk marbuta mal-ħruġ tagħha.

____________

1 - JORF Nru 0056, p. 4321.

2 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 29, p. 337.