Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-16 taʼ Mejju 2013 – Elena Petru vs Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate

(Kawża C-268/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Petru

Konvenuti: Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate

Domanda preliminari

Fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 1 , ir-rekwiżit li l-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tirċievi kura fil-pajjiż ta’ residenza tagħha għandu jiġi interpretat b’mod kategoriku jew b’mod raġonevoli; jiġifieri, meta, għalkemm il-kirurġija meħtieġa tkun tista’, f’termini tekniċi, titwettaq fil-ħin fil-pajjiż ta’ residenza – fis-sens li jeżistu l-ispeċjalisti meħtieġa u huma għandhom l-istess livell ta’ għarfien speċjalistiku bħal dawk barra mill-pajjiż – in-nuqqas ta’ prodotti mediċinali u ta’ materjal mediku bażiku jimplika li tali sitwazzjoni tista’, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, tiġi assimilata għal sitwazzjoni fejn il-kura medika meħtieġa ma tkunx tista’ tiġi pprovduta?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).