Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-3 ta’ April 2017 – Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga - Futebol, SAD

(Kawża C-166/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd

Konvenuti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, Sporting Club de Braga, Sporting Club de Braga - Futebol, SAD

Domandi preliminari

Il-konċessjoni mogħtija lill-casinos permezz tal-Lei do Jogo [liġi dwar il-gaming] jagħti lok għal ksur tal-prinċipji u tal-libertajiet ekonomiċi stabbiliti mit-Trattat?

Id-dritt esklużiv mogħti lil Santa Casa da Misericórdia de Lisboa permezz tad-Digriet Liġi Nru 322/91 tas-26 ta’ Awwissu [1991] emendat bid-Digriet Liġi Nru 469/99 tas-6 ta’ Novembru [1999], bid-Digriet Nru 12790 tat-30 ta’ Novembru 1926, bid-Digriet Liġi Nru 40397 tal-24 ta’ Novembru 1955, bid-Digriet Liġi Nru 84/85 tat-28 ta’ Marzu [1985] emendat u ppubblikat mill-ġdid permezz tad-Digriet Liġi Nru 317/2002 tas-17 ta’ Diċembru [2002] u bid Digriet Liġi 282/2003 tat-8 ta’ Novembru [2003], jikkostitwixxi ksur tal-prinċipji u tal-libertajiet ekonomiċi stabbiliti mit-Trattat?

L-Artikolu 21 tal-Código da Publicidade [kodiċi dwar ir-reklamar] jikser il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi b’mod li jagħti wkoll lok għal diskriminazzjoni bejn ċittadini tal-Istati Membri minħabba li l-projbizzjonijiet, restrizzjonijiet u privileġji ma [humiex] iġġustifikati?

Barra minn hekk, [dawn il-projbizzjonijiet, restrizzjonijiet u privileġji] jikkostitwixxu eżempju ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u ta’ restrizzjoni mistura fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, ġaladarba ma huwa ġġustifikat ebda interess ġenerali?

L-esklużività […] mogħtija lil Santa Casa da Misericórdia de Lisboa fir-rigward tar-reklamar toħloq sitwazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti taħt id-dritt Komunitarju?

L-Artikoli 3 u 9 tad-Digriet Liġi Nru 442/89 tat-2 ta’ Diċembru [1989] (Lei do jogo) [liġi dwar il-gaming] huma konformi mad-dritt Komunitarju?

L-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Liġi Nru 282/2003 tat-8 ta’ Novembru [2003] huma konformi mal-libertà ta’ stabbiliment u mal-provvista ta’ servizzi fl-Unjoni Ewropea, sa fejn jistabbilixxu dritt esklużiv favur Santa Casa da Misericórdia de Lisboa għall-operat tal-logħob online?

L-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jirriżultaw mid-Digriet Liġi Nru 422/89 tat-2 ta’ Diċembru [1989]; għaldaqstant dawn ir-regoli ma għandhomx ikunu applikabbli ġaladarba dan in-nuqqas ta’ applikabbiltà jista’ jiġi invokat mill-individwi?

L-Istat Portugiż ma informax lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tekniċi li jirriżultaw mid-Digriet Liġi Nru 282/2003 tat-8 ta’ Novembru [2003]; għaldaqstant dawn ma għandhomx jiġu applikati lill-persuni li jipprovdu servizzi fil-Portugall?

____________