Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Riksåklagaren vs Imran Syed

(Kawża C-572/17)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Riksåklagaren

Konvenut: Imran Syed

Domandi preliminari

Meta merkanzija li fuqha jitwaħħal disinn protett hija illegalment offruta għall-bejgħ f’ħanut, jista’ jeżisti wkoll ksur tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-awtur previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 1 f’dak li jikkonċerna merkanzija li fuqha jidhru disinni identiċi, li tinżamm maħżuna mill-persuna li toffri l-merkanzija għall-bejgħ?

Huwa rilevanti jekk il-merkanzija tinżammx maħżuna f’post li huwa konness mal-ħanut jew f’post ieħor?

____________

1 Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).