Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2017 – Benoît Sauvage, Kristel Lejeune vs État belge

(Kawża C-602/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Benoît Sauvage, Kristel Lejeune

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) tal-Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja ffirmat bejn il-Belġju u l-Gran-Dukat tal-Lussemburgu fis-17 ta’ Settembru 1970, interpretat fis-sens li jippermetti li tiġi limitata s-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat sors fuq ir-remunerazzjonijiet ta’ impjegat residenti fil-Belġju li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu għal persuna li timpjega Lussemburgiża fi proporzjon tal-attività eżerċitata fit-territorju Lussemburgiż, interpretat bħala li jippermetti li l-Istat ta’ residenza jingħata setgħa ta’ tassazzjoni fuq il-bilanċ tar-remunerazzjonijiet relatati mal-attivitajiet eżerċitati barra mit-territorju Lussemburgiż, interpretat bħala li jeħtieġ preżenza fiżika permanenti u ta’ kuljum tal-impjegat fis-sede tal-persuna li timpjegah meta ma huwiex ikkontestat li huwa jmur f’din is-sede regolarment wara li saret evalwazzjoni ġudizzjarja mwettqa b’mod flessibbli abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli u interpretat bħala li jeħtieġ li jkunu qrati u tribunali li jevalwaw l-eżistenza u l-importanza tas-servizzi pprovduti fiż-żewġ naħat, ġurnata b’ġurnata, sabiex jintlaħaq proporzjon fuq 220 jum ta’ ħidma, jikser l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn jikkostitwixxi ostaklu ta’ natura fiskali li jiskoraġġixxi l-attivitajiet transkonfinali u l-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali sa fejn ma jipprovdix sistema stabbli u żgura ta’ eżenzjoni tar-remunerazzjonijiet kollha rċevuti minn resident Belġjan taħt kuntratt ma’ persuna li timpjega li s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha tinsab fil-Gran-Dukat tal-Lussemburgu u tesponih għal riskju ta’ taxxa doppja fuq parti jew it-totalità tad-dħul tiegħu u għal sistema imprevedibbli u nieqsa minn kwalunkwe ċertezza legali?

____________