Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 taʼ April 2013 – Tono vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-434/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenzaˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tono (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: S. Teigum u A. Ringnes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC)

Dispożittiv1)    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Tono.2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.3)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż dwar il-proċeduri prinċipali.4)    Tono u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom     dwar il-proċeduri għal miżuri provviżorji.