Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Pierre Fabre Médicament vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat, Ministre des affaires sociales et de la santé

(Kawża C-273/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pierre Fabre Médicament

Konvenuti: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat, Ministre des affaires sociales et de la santé

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa 1 , għandhom japplikaw għad-deċiżjonijiet ta’ tneħħija ta’ speċjalità mil-lista tal-mediċi mogħtija lill-pazjenti li jiġu rikoverati fi stabbiliment tas-saħħa li jistgħu jiġu koperti mill-iskemi obbligatorji ta’ assigurazzjoni tal-mard flimkien mas-servizzi ta’ rikoveru mħallsa fil-kuntest ta’ pakkett ta’ soġġorn u ta’ kura stabbiliti għal gruppi omoġenji ta’ persuni morda?

____________

1 ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345.