Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-583/13 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Settur tat-traffiku ferrovjarju u tas-servizzi anċillari – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikoli 20 u 28(1) – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Assenza ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel – Stħarriġ ġudizzjarju effettiv – Konstatazzjoni fortuwita)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Venot u J. Brückner, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u R. Sauer, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u L. Banciella Rodríguez-Miñón, aġenti), L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: M. Schneider, X. Lewis u M. Moustakali, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni (T-289/11, T-290/11 u T-521/11, EU:T:2013:404) hija annullata sa fejn din tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra t-tieni u t-tielet deċiżjoni ta’ spezzjoni C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011.

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 2365 tat-30 ta’ Marzu 2011 u C(2011) 5230 tal-14 ta’ Lulju 2011 huma annullati.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG huma kkundannati jbatu, minbarra nofs l-ispejjeż tagħhom stess relatati ma’ dan l-appell, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-proċedura.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra nofs l-ispejjeż tagħha stess relatati ma’ dan l-appell, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG fil-kuntest ta’ din il-proċedura.Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG huma kkundannati jbatu l-ispejjeż relatati mal-Kawża T-289/11.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż relatati mal-Kawżi T-290/11 u T-521/11.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 24, 25.1.2014.