Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen

(Kawża C-203/15)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tele2 Sverige AB

Konvenuta: Post- och telestyrelsen

Domandi preliminari

Obbligu ġenerali ta’ żamma tal-informazzjoni, dwar il-persuni kollha, il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika kollha u li tirrigwarda d-data dwar it-traffiku kollha mingħajr ebda distinzjoni, limitazzjoni jew eċċezzjoni bl-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità [u kif deskritt fid-deċiżjoni tar-rinviju] huwa kompatibbli mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE 1 , b’kunsiderazzjoni tal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija negattiva, tali obbligu ta’ żamma jista’ madankollu jiġi rikonoxxut:

jekk l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma huwa mfassal kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju], ujekk ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà tad-data huma rregolati kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju] iktar ’il fuq, u liid-data inkwistjoni kollha għandha tinżamm għal sitt xhur, ikkalkolati mill-ġurnata meta tieqaf il-komunikazzjoni, qabel titħassar, kif huwa espost [fid-deċiżjoni tar-rinviju]?