Language of document : ECLI:EU:T:2013:189





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2013 — Stim vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑451/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehimiet bilaterali bejn is-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni kollettiva — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Artikolu 151(4) KE — Diversità kulturali”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Estensjoni ta’ motiv eżistenti u li għandu rabta stretta miegħu — Distinzjoni bejn il-kontestazzjoni, minn naħa, tal-prova tal-eżistenza ta’ prattika miftiehma u, min-naħa l-oħra, tan-natura restrittiva tagħha — Inammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punti 66‑72)

2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Applikazzjoni mill-Kummissjoni — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan ta’ osservanza u ta’ promozzjoni tad-diversità kulturali (Artikoli 81 KE u 151(4) KE) (ara l-punti 73, 87)

3.                     Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Restrizzjoni parzjali tal-kompetizzjoni minħabba r-restrizzjoni tal-inqas ta’ forma waħda ta’ kompetizzjoni — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 94)

4.                     Akkordji — Projbizzjoni — Eżenzjoni — Kundizzjonijiet — Natura kumulattiva — Oneru tal-prova — Portata — Rekwiżiti marbuta mal-osservanza u mal-promozzjoni tad-diversità kulturali — Assenza ta’ effett (Artikoli 81(3) KE u 151(4) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 99‑108)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim) hija kkundannata għall-ispejjeż.