Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fis-17 ta̕ April 2013 - Johan Deckmyn u Vrijheidsfonds vzw vs Helena Vandersteen et

(Kawża C-201/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Johan Deckmyn u Vrijheidsfonds vzw

Konvenuti: Helena Vandersteen et

Domandi preliminari

Il-"parodija" hija kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, parodija għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti jew tikkonforma mal-karatteristiċi segwenti:

ikollha karattru oriġinali tagħha (oriġinalità);

ikollha dan il-karattru b'tali mod li l-parodija ma tistax raġonevolment tiġi attribwita lill-awtur tax-xogħol oriġinali;

tkun intiża biex toħloq umoriżmu jew twaqqa' għaċ-ċajt, irrispettivament mill-fatt li l-kritika eventwalment magħmula f'dan ir-rigward tkun tolqot ix-xogħol oriġinali jew lil xi ħaġa jew lil xi ħadd;

issemmi s-sors tax-xogħol li jkun is-suġġett tal-parodija.

Xogħol għandu jissodisfa wkoll kundizzjonijiet oħra jew jikkonforma ma' karatteristiċi oħra biex ikun jista' jiġi kklassifikat bħala parodija?

____________