Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix ? ASBL vs Région wallonne

(Kawża C-290/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix ? ASBL

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

L-Artikoli 2(a) u 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE 1 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, jimplikaw li għandu jiġi kkwalifikat bħala “pjan jew programm” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet digriet leġiżlattiv li jinkludi diversi dispożizzjonijiet relatati mal-installazzjoni ta’ turbini tar-riħ, inklużi miżuri ta’ sigurtà, ta’ kontroll, ta’ tiswija u ta’ garanziji finanzjarji, kif ukoll regoli dwar il-ħsejjes iddefiniti fir-rigward taż-żoni ta’ ppjanar, liema dispożizzjonijiet jirregolaw il-ħruġ ta’ permessi amministrattivi li jagħtu d-dritt lis-sid tal-kostruzzjoni li jwaqqaf u li jopera installazzjonijiet suġġetti ipso iure għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent abbażi tad-dritt intern?

____________

1     Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).