Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Jannar 2013 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta' Spanja

(C-360/11) 

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta' rata mnaqqsa - Artikoli 96 u 98(2) - punti 3 u 4 tal-Anness III - 'Prodotti farmaċewtiċi ta' tip normalment użati għall-kura tas-saħħa, għall-prevenzjoni tal-mard u bħala trattament għal skopijiet mediċi u veterinarji' - 'Tagħmir mediku, għajnuniet u strumenti oħra normalment maħsuba biex itaffu jew [sabiex] jikkuraw id-diżabilità, għall-użu esklussiv u personali tal-persuni b'diżabilità')

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Lozano Palacios, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 98, moqri flimkien mal-Anness III, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Kunsinni ta' beni u provvisti ta' servizzi li jistgħu jkunu s-suġġett ta' rati mnaqqsa

Dispożittiv

Meta applika rata mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud

-    għas-sustanzi mediċinali li jistgħu jintużaw abitwalment u b'mod xieraq fil-produzzjoni ta' prodotti mediċinali;

-    għall-mezzi mediċi, materjal, apparat u strumenti li, ikkunsidrati oġġettivament, jistgħu jintużaw biss sabiex jiġu pprevenuti, dijanjostikati, trattati, allevjati jew imfejqa mardiet jew kundizzjonijiet mediċi relatati mal-bnedmin jew mal-annimali, iżda li ma humiex normalment intiżi sabiex jallevjaw u jikkuraw diżabbiltajiet u li huma rriżervati għall-użu personali u esklużiv tal-persuni b'diżabbiltà;

-    għall-apparat u għall-aċċessorji li jistgħu jintużaw essenzjalment jew prinċipalment sabiex jallevjaw diżabbiltajiet fiżiċi tal-annimali;

-    u, fl-aħħar nett, għall-apparat u għall-aċċessorji essenzjalment jew prinċipalment użati sabiex jallevjaw diżabbiltajiet tal-bniedem, iżda li ma humiex irriżervati għall-użu personali u esklużiv tal-persuni b'diżabbiltà,

ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Anness III tagħha.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.