Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (qorti suprema, l-Irlanda) fit-3 ta’ April 2017 – Edel Grace, Peter Sweetman vs An Bord Pleanala

(Kawża C-164/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court (qorti suprema, l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edel Grace, Peter Sweetman

Konvenuta: An Bord Pleanala

Domanda preliminari

Meta

l-għan essenzjali ta’ sit protett ikun li joffri ħabitat għal speċi partikolari

in-natura tal-ħabitat li hija ta’ benefiċċju għall-imsemmija speċi tkun timplika li l-parti tas-sit li hija ta’ benefiċċju se tevolvi neċessarjament maż-żmien, u

fil-kuntest ta’ proġett maħsub, ikun previst li għandu jiġi implementat pjan ta’ ġestjoni għas-sit fit-totalità tiegħu (li jinkludi tibdiliet fil-ġestjoni tal-partijiet tas-sit li ma jkunux direttament affettwati mill-proġett innifsu) sabiex jiġi żgurat li, fi kwalunkwe ħin, id-daqs tas-sit li huwa xieraq sabiex joffri ħabitat kif imsemmi iktar ’il fuq ma jkunx imnaqqas, iżda jista’ jiġi mkabbar; iżda li

waqt il-proġett ta’ żvilupp, parti mis-sit ma hijiex se tkun ta’ natura li toffri ħabitat xieraq,

miżuri bħal dawk deskritti taħt (c) jistgħu jitqiesu ġustament bħala miżuri ta’ mitigazzjoni?

____________