Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta' Mejju 2012 minn Ellinika Nafpigeia AE mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Marzu 2012 fil-Kawża T-391/08, Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-246/12 P)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ellinika Nafpigeia AE (rappreżentanti: I. Drosos, avukat, V. Karagiannis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Τ-391/08.

tannulla l-Artikoli 1(2), 2, 3, 5, 6, 8(2), 9, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 18 u 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008: "Dwar l-għajnuna Nru C 16/2004 (ex NN 29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005) mogħtija mill-Greċja lil Hellenic Shipyards [Ellinika Nafpigeia A.E.]", ikkontestata inizjalment.

b'mod alternattiv, tannulla b'mod parzjali s-sentenza appellata sa fejn din tapplika għall-miżuri Ε12b, Ε13a, Ε13b, Ε14, Ε16 u Ε17 fid-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment u tannulla d-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment bl-istess mod.

b'mod alternattiv ulterjuri, tannulla b'mod parzjali s-sentenza appellata sa fejn din tapplika għall-miżura Ε7 fid-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment u tannulla d-deċiżjoni inizjali kkontestata inizjalment bl-istess mod.

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-appellanti kemm fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll f'dik quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata kienet ivvizzjata minn interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 346 TFUE, li jfisser li din għandha tiġi annullata b'mod sħiħ fuq il-motivi kollha u fir-rigward tad-dispożittiv tagħha, jew fuq motivi partikolari kif mitlub fl-appell. Bit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata kienet ivvizzjata minn interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 348 TFUE, li jfisser li din għandha tiġi annullata b'mod sħiħ fuq il-motivi kollha u fir-rigward tad-dispożittiv tagħha, jew fuq motivi partikolari kif mitlub fl-appell. Bit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata ċaħdet b'mod żbaljat it-talbiet tagħha fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha mid-deċiżjoni kkontestata inizjalment, liema żball ifisser li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn stabbilit fl-appell.

____________