Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Awwissu 2016 – Openbaar Ministerie vs Halil Ibrahim Özçelik

(Kawża C-453/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Halil Ibrahim Özçelik

Domandi preliminari

L-espressjoni “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI 1 tikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu u uniformi?

F’każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv, liema hija t-tifsira li għandha tingħata lil dan il-kunċett?

Il-validazzjoni, bħal dik fil-kawża preżenti, minn membru tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ preċedentement mill-pulizija, tikkostitwixxi tali “deċiżjoni ġudizzjarja”?

____________

1  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).