Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawżi magħquda C-545/10) 1

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Direttiva 91/440/KEE — Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji — Artikolu 10(7) — Korp regolatorju — Kompetenzi — Direttiva 2001/14/KE — Allokazzjoni tal-kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja — Artikolu 4(1) — Qafas għall-impożizzjoni ta’ tariffi — Artikolu 6(2) — Miżuri intiżi biex jinkoraġġixxu l-amministratur tal-infrastruttura biex inaqqas l-ispejjeż ta’ provvista tal-infrastruttura u l-livell ta’ tariffi ta’ aċċess — Artikolu 7(3) — Iffissar tat-tariffi miġbura fuq il-provvisti minimi kollha u l-aċċess min-netwerk għall-infrastrutturi ta’ servizzi — Spiża imputabbli direttament għall-operat tas-servizz ferrovjarju — Artikolu 11 — Sistema ta’ titjib tas-servizzi — Artikolu 30(5) — Korp regolatorju — Kompetenzi — Azzjoni amministrattiva kontra d-deċiżjonijiet tal-korp ta’ kontroll”)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti )

Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża : Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta fit-terminu previst, id dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 10(7) tad Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif ukoll mal-Artikoli 4(1), 6(2), 7(3), 11 u 30(5), tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [l-impożizzjoni ta’ tariffi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

Dispożittiv

Billi ma’ adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4(1), 6(2), 11 u 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [l-impożizzjoni ta’ tariffi] kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 38, 05.05.2011