Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – MT Højegaard A/S u Züblin A/S vs Banedanmark

(Kawża C-396/14)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Klagenævnet for Udbud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MT Højegaard A/S u Züblin A/S

Konvenut: Banedanmark

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 51 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jipprekludi li entità kontraenti tagħti kuntratt lil offerent li ma jkunx ippreżentata l-kandidatura tiegħu għall-preselezzjoni u għaldaqstant ma ġiex preselezzjonat?

____________

1 Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)