Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id‒Danimarka) fit‒12 ta’ Ottubru 2017 – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S

(Kawża C-592/17)

Lingwa tal-kawża: id‒Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuta: Baby Dan A/S

Domandi preliminari

Il-pernijiet li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi kif deskritti għandhom jitqiesu li huma parti mix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal?

–    Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fis-sens li l-pernijiet għandhom jitqiesu li huma parti mix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal, il-pernijiet għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9403 90 10 jew taħt l-intestaturi 7326 u 4421 tan-Nomenklatura Magħquda?

–    Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, fis-sens li l-pernijiet ma għandhomx jitqiesu li huma parti mix-xatba ta’ sigurtà għat-tfal, il-pernijiet għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 7318 15 90 jew l-intestatura 7318 19 00 tan-Nomenklatura Magħquda?

Jekk il-pernijiet li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi kif deskritti għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 7318 15 90 tan-Nomenklatura Magħquda, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi għad-domanda preliminari li ġejja:

–    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009 1 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa invalidu b’riżultat tal-fatt li — skont il-Korp tal-Appell tad-WTO — il-Kummissjoni u l-Kunsill ibbażaw ruħhom fuq proċess li rabat id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni Ewropea mar-rieda tajba tal-produtturi tal-Unjoni li aċċettaw li jkunu parti minn kampjun u jiġu spezzjonati, li wassal għal proċess ta’ awtoselezzjoni fl-industrija li rriżulta f’riskju materjali ta’ distorsjoni tal-investigazzjoni u tar-riżultat tagħha?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009 L 29, p. 1).