Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Mercedes Benz Financial Services UK Ltd

(Kawża C-164/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs.

Konvenuta: Mercedes Benz Financial Services UK Ltd.

Domandi preliminari

Xi jfissru il-kliem “kuntratt [...] li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont” li tinsab fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva 2006/112 1 ?

B’mod iktar partikolari, il-kelma “normalment” tobbliga lil awtorità fiskali, f’ċirkustanzi bħal dawk eżistenti fil-każ odjern, li tikkuntenta ruħha b’sempliċi konstatazzjoni dwar l-eżistenza ta’ għażla ta’ xiri li għandha tiġi eżerċitata sa mhux iktar mill-ħlas tal-aħħar ħlas akkont?

Alternattivament, il-kelma “normalment” tobbliga lill-awtorità nazzjonali li tmur lil hinn u li tiddetermina l-għan ekonomiku tal-kuntratt?

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda (3):

l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/112 għandha tkun influwenzata mill-analiżi dwar kemm huwa probabbli li l-klijent jeżerċita tali għażla?

il-portata tal-ammont tal-prezz li għandu jitħallas waqt l-eżerċizzju tal-għażla ta’ xiri hija element rilevanti għad-determinazzjoni tal-għan ekonomiku tal-kuntratt?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).