Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (SNITEM), Philips France vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

(Kawża C-329/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (SNITEM), Philips France

Konvenuti: Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

Domanda preliminari

Id-Direttiva 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li softwer li l-għan tiegħu huwa li joffri, lill-persuni li jiktbu preskrizzjonijiet mediċinali li jipprattikaw fil-bliet, fl-istabbilimenti tas-saħħa jew fl-istabbilimenti mediko-soċjali, għajnuna għad-determinazzjoni tal-preskrizzjoni mediċinali, sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-att li jinkitbu r-riċetti, jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-persuni li jiktbu r-riċetti mediċi, tiġi inkoraġġuta l-konformità tar-riċetti mediċi mar-rekwiżiti regolamentari nazzjonali u titnaqqas l-ispiża tat-trattament filwaqt li tinżamm l-istess kwalità, jikkostitwixxi mezz mediku, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta dan is-softwer ikollu minn tal-inqas funzjonalità waħda li tippermetti l-użu minn data ta’ pazjent sabiex it-tabib jingħata għajnuna biex jistabbilixxi l-preskrizzjoni medika tiegħu, b’mod partikolari billi jindividwa l-kontraindikazzjonijiet, l-interazzjonijiet mediċi u d-dożi eċċessivi, minkejja li dan ma jaġixxix huwa nnifsu fil-ġisem tal-bniedem jew fuq il-ġisem tal-bniedem?

____________

1     Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).