Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo – Sala de lo Contencioso-Administrativo – Sección Cuarta (Spanja) fid-9 ta’ Ġunju 2016 – Industrias Químicas del Vallés, S.A. vs Administración General del Estado u Sapec Agro, S.A.

(Kawża C-325/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, S.A.

Konvenuta: Administración General del Estado y Sapec Agro, S.A.

Domandi preliminari

Id-data ta’ skadenza prevista fid-Direttiva 2010/28/UE 1 , bil-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2010” fl-Artikolu 3(1) jew “Sa dik id-data” fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), ukoll b’riferiment għall-31 ta’ Diċembru 2010, fir-rigward tat-terminu ta’ sitt xhur imsemmi fil-premessa 8 tad-Direttiva 2010/28/UE, hija terminu perentorju minħabba l-għan segwit mis-sistema tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE 2 , tal-15 ta’ Lulju 1991, li tipprekludi li l-Istati jistgħu jestenduha, b’mod li l-kalkolu tagħha huwa esklużivament iddeterminat minn din id-direttiva?

Fil-każ li dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat, id-deċiżjoni dwar tali proroga għandha tittieħed mingħajr ma tkun suġġetta għar-regoli speċifiċi tal-proċedura li jirregolaw il-preżentazzjoni u l-adozzjoni tagħha, jew din id-deċiżjoni taqa’ fil-kompetenza tal-Istati, li għandhom jiddeċiedu skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom sa fejn huma d-destinatarji tad-dispożizzjonijiet tal-proċedura prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva?

____________

1 Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE, tat-23 ta’ April 2010, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva (ĠU L 104, p. 57).

2 Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).