Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 – Alliance One International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-679/11 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum – Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq – Ksur tal-Artikolu 81 KE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta' sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet fundamentali – Effett dissważiv – Ugwaljanza fit-trattament – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni – Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa – Ne ultra petita – Dritt ta’ smigħ xieraq)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alliance One International, Inc. (rappreżentanti: M. Odriozola u A. Vide, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier, J. Bourke u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, Alliance One International vs Il-Kummissjoni (T-41/05) li tnaqqas il-parti tal-ammont tal-multa impost fuq Agroexpansión, għall-ħlas tagħha Alliance One International, Inc. hija responsabbli in solidum ma’ Agroexpansión, u li tiċħad il-kumplament tar-rikors li għandu bħala suġġett l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)4030, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.238/B.2 – Settur tat-tabakk mhux maħdum fi Spanja), dwar akkordju intiż għall-iffissar tal-prezzijiet imħallsa lill-produtturi u l-kwantitajiet mixtrija għal dawn fis-suq Spanjol tat-tabakk mhux maħdumDispożittivL-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.