Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis-27 ta’ Marzu 2017 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Volkswagen Financial Services (UK) Ltd
(Kawża C-153/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenuta: Volkswagen Financial Services (UK) Ltd
Domandi preliminari
Fejn spejjeż ġenerali attribwiti lil tranżazzjonijiet ta’ xiri bin-nifs (li jikkonsistu minn provvisti eżentati ta’ finanzi u provvisti taxxabbli ta’ karozzi), ġew inkorporati biss fil-prezz tal-provvisti eżentati ta’ finanzi tal-persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha d-dritt tnaqqas xi taxxa tal-input fuq dawk l-ispejjeż?
X’inhi l-interpretazzjoni xierqa tal-punt 31 tal-Kawża C-93/98, Midland Bank, u speċifikament id-dikjarazzjoni li l-ispejjeż “huma parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli u huma, bħala tali, komponenti tal-prezz tal-prodotti ta’ impriża”? [traduzzjoni mhux uffiċjali]
B’mod partikolari:
Din is-silta għandha tiġi interpretata li tfisser li Stat Membru għandu dejjem jattribwixxi xi taxxa tal-input lil kull provvista fi kwalunkwe metodu speċjali adottat taħt l-Artikolu 173(2)(ċ) tad-Direttiva 1 ?
Dan huwa l-każ anki jekk iċ-ċirkustanzi fattwali huma li l-ispejjeż ma humiex inkorporati fil-prezz tal-provvisti taxxabbli magħmulin mill-impriża?
Il-fatt li l-ispejjeż intużaw attwalment, għall-inqas sa ċertu punt, fil-produzzjoni ta’ provvisti taxxabbli ta’ karozzi,
jimplika li ċertu proporzjon tat-taxxa tal-input fuq dawk l-ispejjeż għandu jkun deduċibbli?
Dan huwa l-każ anki jekk iċ-ċirkustanzi fattwali huma li l-ispejjeż ma humiex inkorporati fil-prezz tal-provvisti taxxabbli ta’ karozzi?
Jista’ jkun leġittimu fil-prinċipju li l-provvisti taxxabbli ta’ karozzi (jew il-valur tagħhom) jiġu injorati sabiex wieħed jasal għal metodu speċjali taħt l-Artikolu 173(2)(ċ) tad-Direttiva?
____________1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p.1)