Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Marzu 2011 - ebookers.com Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-112/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ebookers.com Deutschland GmbH

Konvenuti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domanda preliminari

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament 1 li jipprovdi li, prezzijiet supplementari fakultattivi għandhom jiġu nnotifikati b'mod ċar, trasparenti u inekwivoku fil-bidu ta' kull proċedura ta' riżerva u li għandhom jiġu aċċettati mill-klijenti fuq bażi ta' "opt-in", jinkludi wkoll il-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ, ta' servizzi ta' terzi (f'dan il-każ: il-fornitur ta' assigurazzjoni għal kanċellament ta' vvjaġġar), li l-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru jiffattura lill-passiġġier flimkien mal-prezz tat-titjira, bħala prezz globali?

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, p. 3).